Malta Squash, f’kollaborazzjoni mal-European Squash Federation (ESF), ħabbret li Malta se tospita l-Kampjonat Ewropew tat-Timijiet 2025 (Diviżjoni 3), bejn it-2 u l-5 ta’ April fil-kompless ġdid SportMalta f’Marsa.
B’kollox se jieħdu sehem total ta’ 24 tim minn 18-il pajjiż, kollha bit-tama li jiksbu promozzjoni għad-Diviżjoni 2. Il-kompetizzjoni se tinkludi 15-il tim tal-irġiel u 9 timijiet tan-nisa.
Il-pajjiżi li se jipparteċipaw huma: Malta, Monaco, Lussemburgu, Liechtenstein, Ġibilta, Guernsey, Jersey, Portugall, Turkija, Litwanja, Greċja, Slovakkja, Slovenja, Żvezja, Awstrija, Kroazja, Ukraina u l-Ungerija.
Malta se tipparteċipa b’timijiet kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa u se tkun rappreżentata mill-plejers li ġejjin:
Tim tan-Nisa: Venita De Giorgio, Amke Fischer, Jocelyn Lydall, Colette Sultana, Lijana Sultana
Tim tal-Irġiel: Brad Hindle Deguara, Niall Engerer, Julian Scerri, Duncan Stahl, Kijan Sultana, Daniel Zammit Lewis
L-impenji ta’ Team Malta jibdew fit-2 ta’ April bil-partiti li ġejjin:
Tim tan-Nisa (Grupp B)
10:00 – Malta vs Lussemburgu
15:30 – Malta vs Turkiye
Tim tal-Irġiel
11:30 – Malta vs Greċja
17:00 – Malta vs Monaco
Il-Kampjonat Ewropew tat-Timijiet 2025 (Diviżjoni 3) huwa appoġġjat minn SportMalta, il-Kumitat Olimpiku Malti, Bolt Business, Scott’s Supermarket, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Astral u oħrajn.
Malta Squash tħeġġeġ lil pubbliku sabiex jattendi u jinkoraġġixxi lit-timijiet. Id-dħul huwa b’xejn.
Għal aġġornamenti live, skedi u riżultati, segwu lil Malta Squash fuq Facebook u Instagram.
Għal mistoqsijiet tal-midja, ikkuntattjaw lil: [email protected]