Wednesday, August 20, 2025

“Malta aktar sigura għal residenti u viżitaturi”

MHRA tappoġġja appell għal testijiet każwali fit-triq

Aqra wkoll

“L-esperjenza tiegħu fil-linja ta’ quddiem meta jittratta vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku ma tħallix dubju: din il-miżura tgħin tissewwa ħajjiet u tipprevjeni tragedji.” Qalet dan l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA) għal Dott. Jonathan Joslin, Konsulent fl-Mediċina ta’ Emerġenza, li għamel għall-appell urġenti għall-introduzzjoni ta’ testijiet każwali fit-triq għall-alkoħol u d-drogi. 

Il-MHRA ħabbret l-appoġġ sħiħ tagħha għal din il-proposta fejn qiegħda ssostni li għal pajjiż bħalma huwa Malta, fejn it-turiżmu huwa pilastru fundamentali tal-ekonomija, is-sigurtà mhiex għażla iżda, essenzjali. Fi stqarrija din l-Assoċjazzjoni qalet li, “ambjent sigur fit-toroq tagħna huwa daqshekk importanti kemm kemm il-kwalità tal-lukandi, ristoranti u attrazzjonijiet tagħna. It-turisti jagħżlu destinazzjonijiet fejn jistgħu jgawdu b’paċi tal-moħħ u l-residenti jistħoqqilhom l-istess kunfidenza kuljum”.

Miżuri li “ma jillimitawx il-gost”

Billi jiġu implimentati testijiet każwali fit-triq, skont l-MHRA, Malta tibgħat messaġġ ċar: dan huwa pajjiż fejn in-nies jistgħu jgħixu b’mod tajjeb, iżuru b’kunfidenza u jgawdu b’reponsabbiltà. Miżuri bħal dawn ma jillimitawx il-gost, iżda jgħollu l-livell ta’ ħajja u l-ospitalità għal kulħadd.

“Il-Parlament issa għandu r-responsabbiltà li jaġixxi b’determinazzjoni. L-introduzzjoni ta’ din il-liġi tikkonforma lil Malta mal-aħjar prattiki internazzjonali, turi tmexxija u ssaħħaħ l-immaġni ta’ Malta bħala destinazzjoni moderna, sigura u merħba… Is-siegħa biex naġixxu hija issa. Malta aktar sigura hija Malta aktar b’saħħitha, għall-poplu tagħha u għal kull viżitatur li jagħżel dawn il-gżejjer,” temmet l-MHRA.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport