Saturday, November 23, 2024

Malta b’għotja ta’ €400,000 fil-kampanja dinjija ta’ ġbir ta’ fondi kontra l-Covid-19

Aqra wkoll

Minkejja ċ-ċokon tagħha, Malta tat il-kontribut tagħha b’għotja ta’ €400,000 fil-kampanja dinjija ta’ ġbir ta’ fondi kontra l-Covid-19. Il-kampanja, immexxija mill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula Von der Leyen, taħseb biex jinġabru €7.4 biljun għall-użu ta’ riċerka, prevenzjoni u kura kontra l-virus.

F’messaġġ waqt iċ-ċerimonja virtwali, il-Prim Ministru Robert Abela qal li, qabel ma tinstab it-tilqima kontra l-virus, se jibqa’ jkun hemm konsegwenzi mhux mixtieqa fuq il-ħajja umana u fuq l-ekonomija. Huwa appella biex ladarba jinstab il-vaċċin, dan jitqassam malajr u b’mod ekwu fost kulħadd. Kemm Von der Leyen u anke d-Direttur Ġenerali tal-WHO, Tedros Adhanom, raddew ħajr għall-kontribuzzjoni Maltija.

Sport