Monday, February 2, 2026

Malta bi €330,000 f’għajnuna umanitarja f’Gaża fl-2026

Aqra wkoll

Għas-sena 2026, it-total previst tal-għajnuna umanitarja fil-konfront ta’ Gaża huwa dak ta’ 330,000. Dawn il-fondi huma ddedikati għal dak li hu msejjaħ bħala ‘Gaza Solidarity Fund’ li ġie mwaqqaf is-sena l-oħra, fejn l-għan aħħari tiegħu hu li “nsaħħu l-għajnuna umanitarja tagħna” u sabiex jiġu indirizzati l-iktar bżonnijiet kruċjali tal-poplu Palestinjan f’Gaża, kemm f’għajnuna finanzjarja kif ukoll permezz ta’ kontribuzzjonijiet iktar tanġibbli. 

Dan iddikjarah id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg fil-Parlament meta kien qed iwieġeb mistoqsija Parlamentari li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici. 

Il-Ministru Borg irrimarka li għal din is-sena, l-Ministeru ser ikun qed jaħdem biex jindirizza il-bżonnijiet relatati mal-ilma, s-sanita’  u l-iġjene. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara konsultazzjoni ma’ esperti li għandhom aċċess dirett fuq livell lokali.

Huwa saħaq kif sadanittant qed isir proċess ta’ analiżi fuq il-prodotti li ser jintbagħtu ġewwa Gaża u li l-għan hu li b’dawn il-prodotti nilħqu l-iktar membri vulnerabbli tal-popolazzjoni, partikularment in-nisa u t-tfal. Il-Ministru Borg qal ukoll; “Din l-inizzjattiva hi ppjanata li ssir b’kollaborazzjoni ma’ kumpaniji Maltin, fejn aktar tard, l-objettiv tagħna huwa li tinħareġ sejħa pubblika għall-kumpaniji Maltin biex jipparteċipaw f’ dan il-proġett”.

Huwa fakkar li f’ Novembru tas-sena l-oħra, Malta kkommettiet li tagħti għajnuna permezz ta’ taħriġ lill-uffiċċjali pubbliċi Palestinjani u ħaddiema fil-qasam tas-saħħa. 

Il-Ministu Borg enfasizza li ħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-Istitut tas-Servizz Pubbliku kif ukoll mal-Ministeru tas-Saħħa dwar kif dan se jkun implimentat. 

Barra minn hekk, Malta ser tkompli wkoll tagħti għajnuna finanzjarja lill-organizzazzjonijiet internazzjonali li qegħdin jissapportjaw lil Gaża. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport