Saturday, October 26, 2024

Malta bil-ħames l-inqas fatalitajiet tat-traffiku

Aqra wkoll

Matul l-2018 Malta kellha l-ħames l-inqas rata ta’ fatalitajiet fl-inċidenti tat-traffiku.

Ċifri tal-Eurostat juru li t-18-il persuna li mietu f’inċidenti tat-traffiku matul l-imsemmija sena f’Malta kienu daqs li kieku mietu 38 għal kull miljun abitant.

Mill-2008 ‘il hawn l-agħar sena għall-imwiet b’rabta ma’ inċidenti tat-traffiku kienet l-2016 bi 23 mewt.

Bi 23,339 mewt fl-UE r-rata ta’ mwiet fost il-pajjiżi membri kienet ekwivalenti għal 52 mewt minn kull miljun abitant.

L-Irlanda kellha l-inqas rata ta’ mwiet, 29 mewt għal kull miljun abitant, segwita mid-Danimarka bi 30, l-Iżvezja bi 32 u l-Olanda b’35.

Ir-Rumanija kellha l-ogħla rata b’96 mewt għal kull miljun abitant segwita mill-Bulgarija b’87 u l-Kroazja u l-Latvja b’77 mewt rispettivament.

Sport