Monday, November 11, 2024

Malta bit-tielet l-inqas rata ta’ qgħad fiż-żona ewro fix-xahar ta’ Mejju

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Statistika tal-EUROSTAT uriet li matul Mejju, Malta kellha t-tielet l-inqas rata ta’ qgħad fiż-żona ewro minkejja s-sitwazzjoni tal-pandemija tal-Covid-19. Skont statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika, f’Mejju, ix-xahar fejn pajjiżna beda ħiereġ bil-mod mill-pandemija, f’Malta ġiet irreġistrata rata ta’ qgħad ta’ 4.2%. Madankollu r-rata ta’ qgħad medja fiż-żona ewro fl-istess xahar imsemmi kienet ta’ 7.4%.

Il-Prim Ministru Robert Abela rreaġixxa dwar dan permezz ta’ Tweet fejn qal li bil-politika ekonomika tal-Gvern, ġie mħares is-settur tax-xogħol u pajjiżna kien lest għaż-żmien li bdejna nirkupraw.

Sport