Sunday, December 22, 2024

Malta bit-tielet l-inqas rata ta’ qgħad fl-UE

Aqra wkoll

Malta għadha bl-inqas rata ta’ qgħad fost is-27 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea. Dan huwa kkonfermat minn statistika ppubblikata mill-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea li wera li r-rata ta’ qgħad f’Malta f’Mejju li għadda kienet ta’ 2.8%, li hija ferm inqas mir-rata medja taż-żona Ewro (6.5%).

Qabel Malta ż-żewġ pajjiżi bl-inqas rata ta’ qgħad kienu r-Repubblika Ċeka bi 2.4% segwita mill-Polonja bi 2.7%. Fl-istess waqt il-pajjiżi li għandhom l-akbar rata ta’ qgħad kienu Spanja bi 12.7% u l-Greċja b’10.8%.

Ir-rata ta’ qgħad f’Malta baqgħet stabbli sforz il-miżuri li ttieħdu u l-fiduċja tal-investitur biex jinħolqu aktar impjiegi f’pajjiżna f’diversi setturi tal-ekonomija nazzjonali.

Ekonomija

Sport