Sunday, December 29, 2024

Malta bit-tieni l-ikbar numru ta’ spiżjara u gradwati fil-mediċina fl-Ewropa u l-Asja

Aqra wkoll

Fl-2020, Malta kienet it-tieni l-iktar pajjiż fl-Ewropa li fih iggradwaw tobba ġodda.

Dan ħareġ minn ċifri maħruġa mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, li juru li fl-2020 iggradwaw f’Malta mat-32 tabib għal kull 100,000 persuna. Malta ġiet eżatt wara l-Każakistan, fejn iggradwaw 42 tabib għal kull 100,000 persuna.

L-istess statistika turi li Malta kellha wkoll it-tieni l-ikbar numru ta’ spiżjara, b’14-il spiżjar għal kull 100,000 persuna. L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet li l-iktar pajjiż li kellu numru ta’ spiżjara kien Monaco, b’24 spiżjar għal kull 100,000 persuna.

Ekonomija

Sport