Friday, November 15, 2024

Malta bit-tieni l-inqas għoli tal-ħajja fl-Unjoni Ewropea

Aqra wkoll

Ir-rata tal-inflazzjoni f’Malta baqgħet fost l-iktar baxxi kemm fiż-żona tal-ewro kif ukoll fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, l-inqas rati annwali ġew irreġistrati fi Franza (6.2%), Malta (7.4%) u l-Finlandja (8.4%).

Figuri stabbiliti skont l-Indiċi Armoniżżat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP) juru li r-rata ta’ inflazzjoni annwali taż-żona tal-euro kienet ta’ 9.9% f’Settembru 2022, żieda ta’ 0.8% f’Awwissu. Sena qabel, ir-rata kienet 3.4%. 

L-inflazzjoni annwali tal-Unjoni Ewropea kienet ta’ 10.9% f’Settembru 2022, żieda minn 10.1% f’Awwissu. Sena qabel, ir-rata kienet 3.6%. Dawn iċ-ċifri huma ppubblikati mill-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea.

L-ogħla rati ta’ inflazzjoni annwali ġew irreġistrati fl-Estonja (24.1%), il-Litwanja (22.5%) u l-Latvja (22.0%). Meta mqabbla ma’ Awwissu, l-inflazzjoni annwali tbaxxiet f’sitt Stati Membri, baqgħet stabbli f’wieħed u żdiedet f’għoxrin.

F’Settembru, l-ogħla kontribuzzjoni għar-rata ta’ inflazzjoni annwali taż-żona tal-ewro ġiet mill-enerġija (+4.19%), segwita minn oġġetti tal-ikel, alkoħol u tabakk (+2.47%), servizzi (+1.80%) u oġġetti industrijali mhux tal-enerġija. (+1.47%).

Ekonomija

Sport