Saturday, October 5, 2024

Malta bit-tieni l-inqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea

Aqra wkoll

Ir-rata ta’ qgħad f’Malta f’Awwissu ta’ din is-sena kienet it-tieni l-inqas fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Dan sar magħruf hekk kif ġew ippubblikati ċifri mill-Eurostat, l-uffiċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea.

Skont dawn il-figuri, ir-rata ta’ qgħad f’Malta f’Awwissu kienet ta’ 2.7% li hija inqas meta mqabbla mar-rata medja tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Ir-rata medja ta’ qgħad fil-pajjiżi membri kienet ta’ 6%.

Pajjiż li kellu rata ta’ qgħad inqas minn Malta kien biss ir-Repubblika Ċeka filwaqt li wara pajjiżna ġew il-Polonja u l-Ġermanja.

Min-naħa l-oħra l-ogħla rata ta’ qgħad ġew irreġistrati fil-Ġreċja u Spanja.

Sport