Saturday, November 16, 2024

Malta bit-tieni l-ogħla rata ta’ applikazzjonijiet għal ażil fl-UE f’kuntest tal-popolazzjoni tagħha

Aqra wkoll

Matul it-tielet kwart ta’ din is-sena Malta kellha t-tieni l-ogħla rata ta’ persuni li applikaw għall-ażil għall-ewwel darba ras imb’ras mal-popolazzjoni. Dan joħroġ minn statistika ppubblikata mill-Eurostat.

L-istatistika tal-Eurostat tindika li matul it-tielet kwart tas-sena Ċipru kellu l-ogħla rata ta’ applikazzjonijiet, b’1,848 applikazzjoni għal kull miljun persuna. Dan filwaqt li Malta kellha 1,320 applikazzjoni għal kull miljun persuna, u l-Greċja 799 applikazzjoni għal kull miljun persuna.

Min-naħa l-oħra l-inqas rati ta’ applikazzjonijiet għall-ażil kienu reġistrati fl-Ungerija b’applikazzjoni waħda għal kull miljun persuna, il-Polonja bi tmien applikazzjonijiet u l-Estonja b’disa’ applikazzjonijiet għal kull persuna.

Il-medja tal-Unjoni Ewropea kienet ta’ 249 applikazzjoni għal kull miljun persuna.

Ekonomija

Sport