Saturday, November 23, 2024

Malta bl-ikbar żieda fl-UE fl-infermieri u qwiebel

Aqra wkoll

Fl-aħħar tmien snin Malta irreġistrat l-ikbar żieda fin-numru ta’ infermieri u qwiebel meta mqabbla mal-bqija tal-pajjiżi membri fl-UE. Ċifri tal-Eurostat juru li bejn l-2011 u l-2019 dawn żdiedu b’0.7% bil-pajjiżi ta’ warajna, il-Kroazja u l-Portugall, jaraw żieda ta’ 0.5%. L-Irlanda rat l-ikbar tnaqqis f’dan il-perjodu bl-infermieri jonqsu b’0.6% segwita mil-Lussemburgu u l-Bulgarija fejn naqsu b’0.5% u 0.3% rispettivament.

Iż-żieda fl-infermieri u l-qwiebel f’pajjiżna poġġiet lil Malta fis-seba’ post għan-numru tagħhom meta mqabbel mal-impjiegi kollha fil-pajjiż. Fil-fatt huma jiffurmaw 2.4% tat-total tal-impjiegi meeta l-medja fl-UE hija ta’ 2.2%. Il-Ġermanja għandha l-ikbar ammont ta’ impjiegi bi 3.4% segwita mill-Finlandja bi 3% u l-Belġju bi 2.9%. Il-Bulgarija għandha l-inqas numru ta’ infermieri meta mqabbel mal-impjegati kollha, 1.1%, segwita mil-Lussemburgu u l-Latvja b’1.2%.

B’kollox matul l-2019 kien hemm 4,450,000 miljun infermier u qwiebel jaħdmu fil-pajjiżi tal-UE meta fl-2011 kien hemm erba’ miljun.

Sport