Sunday, November 24, 2024

Malta b’solidarjetà mal-Ukrajna

Aqra wkoll

Matul dan il-lejl, il-funtana tat-Tritoni nxtelgħet bil-kuluri li jirrappreżentaw il-bandiera Ukrena, jiġifieri l-kuluri ċelesti u sofor. 

Dan bħala appoġġ lejn l-Ukrajna wara l-iżviluppi xokkanti li seħħew fl-aħħar jiem bl-invażjoni Russa f’dan il-pajjiż.

Kif ħabbar din il-ġimgħa, il-Prim Ministru Robert Abela qal li Malta se tkun qed tassisti lill-Ukrajna bi provvisti mediċi.

Dr Abela esprima x-xokk għal dak li qed iseħħ quddiem għajnejna. Iżda, sostna li sentiment komuni jibqa’ x-xewqa għall-paċi u l-waqfien mill-ġlied.

Intant, ilbieraħ għadd ta’ ċittadini Ukreni li jgħixu f’pajjiżna nġabru fil-Belt Valletta b’turija ta’ solidarjetà ma’ art twelidhom fid-dawl tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna.

Sport