Tuesday, January 13, 2026

Malta b’surplus ta’ €642M fil-kont kurrenti

Aqra wkoll

Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li bejn Lulju u Settembru tas-sena li għaddiet, Malta kellha surplus ta’ iktar minn €642 miljun fil-kont kurrenti li jirrappreżenta d-dħul u l-ħruġ tal-flus mil-pajjiż l-aktar mill-esportazzjoni u l-importazzjoni u mis-settur tas-servizzi.

Miċ-ċifri ppubblikati ħareġ li fil-perjodu indikat il-pajjiż spiċċa minn fuq mas-€642 miljun wara żieda ta’ €108 miljun fuq l-istess tliet xhur tal-2024.

L-NSO nnota li t-titjib fil-bilanċ kien ġej l-iżjed mill-qasam tas-servizzi. 

Ir-rapport tal-NSO jirraporta li l-kont finanzjarju kellu aktar minn 638 miljun ewro fi tranżazzjonjiet ta’ assi netti, fosthom €1,602 miljun f’investiment dirett.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport