Saturday, October 26, 2024

Jiżdiedu l-inċidenti tat-traffiku fl-ewwel tliet xhur tas-sena

- Disgħa minnhom kienu fatali

Aqra wkoll

Matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, Malta esperjenzat żieda fl-inċidenti tat-traffiku meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra. Dan kien imħabbar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (l-NSO).

L-ammont ta’ inċidenti tat-traffiku li ġew irrappurtati fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena laħħqu it-3,595. Għalhekk, kien hemm żieda ta’ 25.5% fuq l-ammont ta’ inċidenti li saru s-sena l-oħra fl-ewwel tliet xhur tas-sena. Il-parti l-kbira tal-inċidenti ta’ din is-sena jidher li seħħew fiż-żona tat-Tramuntana ta’ Malta.

L-ammont ta’ persuni li ndarbu f’inċidenti tat-traffiku żdied b’6.2% meta mqabbel mal-ewwel tliet xhur tal-2021. Il-persuni li sofrew ġrieħi gravi, li l-maġġoranza tagħhom huma rġiel, ammontaw għal 81: 44 minnhom huma xufiera, 10 passiġġieri u s-27 persuna l-oħra jinkludu nies li kienu mixjin fit-toroq u ċiklisti, fost l-oħrajn.

Disa’ persuni li kienu involuti f’dawn l-inċidenti tilfu ħajjithom. Ħamsa minnhom kienu xufiera u l-erbgħa l-oħra huma persuni li kienu mixjin fit-triq.

Sport