Sunday, December 22, 2024

Malta Dairy Products qed tintroduċi prodott ieħor tal-ħalib frisk: Benna PRO Milk Yogurts

Aqra wkoll

Malta Dairy Products Ltd. qed tintroduċi żieda oħra delizzjuża mal-linja tagħha ta’ prodotti tal-ħalib frisk: Benna PRO Milk Yogurts. Dawn il-yogurts tajbin għas-saħħa jiġu f’erba’ togħmiet innovattivi: mango, blueberry, rummien, u panna cotta.

Minbarra togħma tajba, il-Benna PRO Milk Yogurts joffru wkoll firxa ta’ benefiċċji addizzjonali. Huma baxxi fix-xaħam, fihom ħafna proteini, u msaħħa b’vitamini essenzjali, fosthom il-vitamina D. Dawn il-yogurts joffru sors tajjeb ta’ kalċju u huma magħmulin mill-frott, biex b’hekk iħalltu flimkien perfettament it-togħma u n-nutrizzjoni, u jagħmluhom għażla ideali għall-kolazzjon jew ikla ħafifa speċjalment f’dawn il-ġranet sħan tas-sajf.

Dak li jiddistingwi l-yogurts tal-ħalib frisk tal-Benna – il-PRO Milk Yogurts – huwa l-fatt li dawn ma jtaqqlux is-sistema diġestiva u għalhekk huma faċilment diġeribbli. Dawn il-yogurts huma mingħajr lattożju u baxxi fil-livelli ta’ xaħam, biex b’hekk ma jikkawżawx toqol fuq l-istonku. B’kontenut ta’ lattożju ta’ inqas minn 0.01g/100ml, il-yogurts jipprovdu esperjenza faċli għas-sistema diġestiva tiegħek.

It-tnedija ta’ Benna PRO Milk Yogurts tkompli tibni fuq is-suċċess reċenti ta’ Benna PRO Milk, Benna PRO Milk taċ-Ċikkulata, u Benna PRO Milk tal-Frawli. Il-Ħalib Benna PRO Milk għandu l-istess togħma tajba ta’ ħalib frisk tal-Benna b’proteina miżjuda u inqas xaħam, filwaqt li Benna PRO Milk taċ-Ċikkulata u PRO Milk tal-Frawli joffru l-istess togħma u esperjenza bħal tal-milkshakes tal-Benna iżda b’benefiċċji nutrittivi miżjuda, fosthom inqas zokkor. B’livelli ta’ lattożju inqas minn 0.01g/100ml, inqas minn 1% ta’ xaħam f’kull kartuna ta’ litru, u 50g ta’ proteina, il-prodotti tal-ħalib frisk Benna PRO Milk huma faċli biex jiġu diġeriti u magħmulin biex isostnu l-istil tal-ħajja b’saħħtu tiegħek.

Il-prodotti tal-ħalib frisk Benna PRO Milk huma miżjuda b’vitamini u minerali essenzjali, partikolarment Vitamina D, Kalċju u Fosfru u jipprovdu alternattiva b’kaloriji baxxi – bil-biċċa l-kbira tal-kaloriji derivati minn proteini aktar milli mix-xaħam. Barra minn hekk, il-prodotti Benna PRO Milk huma magħmula minn ingredjenti naturali u m’għandhomx glutina, filwaqt li huma konformi mal-impenn tal-kumpanija għall-kwalità.

Isaac Zahra, Food Technologist ma’ Malta Dairy Products qal: “Malta Dairy Products isservi bħala rabta bejn il-konsumatur lokali u r-raħħala lokali. Il-mira tagħna hi li nilħqu u naqbżu l-aspettattivi tal-konsumatur Malti filwaqt li nsostnu l-industrija lokali tal-ħalib billi nużaw biss il-ħalib Malti. Il-prodotti kollha fil-firxa tal-ħalib PRO Milk, kemm jekk ikun ħalib, ħalib bit-togħma jew yogurts, jidħlu perfettament f’din id-dikjarazzjoni. Dak li jagħmel il-prodotti tal- Benna PRO Milk tassew innovattivi, huwa l-fatt li dawn il-prodotti nutrittivi, magħmula minn ħalib frisk, jikkontribwixxu għal stil ta’ ħajja b’saħħita iżda għandhom ukoll togħma bnina li ħafna żġur se jkunu qed jieħdu ġost bihom. Dan huwa dak li jagħmilhom differenti minn prodotti oħra fis-suq.”

Għal aktar tagħrif, jekk jogħġbok żur https://www.benna.com.mt/pro-milk

Ekonomija

Sport