L-Assoċjazzjoni Maltija tad-darts b’kollaborazzjoni mal-Forzi Armati ta’ Malta organizzat Darts Ranking Tournament fil-Barracks f’Ħal Luqa fejn fih ipparteċipaw numru ta’ plejers. Dan kollu sar sabiex jinġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund.
F’dan it-tmiem il-ġimgħa ta’ attivitajiet, saru diversi kategoriji fosthom tat-tfal, Para Darts kif ukoll logħob għan-nisa u l-irġiel. B’kollox ħadu sehem 45 plejer. Fil-kompetizzjoni ewlenija, kien Albert Scerri li ħareġ rebbieħ fil-finali kontra Eucharist Baldacchino.
Kien hemm ukoll logħba ta’ eżibizzjoni bejn selezzjoni tal-MDA u l-AFM.
F’din l-attivita’ attenda wkoll il-president ta’ Malta Dr George Vella li faħħar inizjattivi bħal dawn sabiex jinġabru fondi għal Malta Community Chest Fund.