Hekk kif Malta tfakkar Jum il-Ħelsien, nixtieq nirrifletti fuq ilvjaġġ li ħa l-pajjiż biex kompla jibni d-destin indipendenti tiegħu. Filwaqt li tradizzjonalment nimmarkaw ittmiem tal-preżenza militari Brittanika fl-1979, din il-festa Nazzjonali isservi wkoll bħala tfakkira tal-ħidma ta’ Malta għal indipendenza f’kull settur, inkluż fis-settur tal-films.
Illum il-ġurnata, pajjiżna m’għadhux biss sfond pittoresk għal produzzjonijiet barranin, anzi qed nikkultivaw industrija sostenibbli u b’saħħitha li tpoġġi t-talent, u l-kreattività. Maltija fil-qalba tagħha. Għal deċenji, Malta kienet biss sempliċiment destinazzjoni għal pajjiżi oħra.
Ix-xenarju xemxi, il-baħar, u l-fortifikazjonijiet storiċi, provdew, u għadhom jipprovdu bħala sett ideali għall-istudjos ta’ Hollywood, produzzjonijiet Ingliżi, is-suq Ewropew u pajjiżi oħra. Mit-toroq tal-Belt Valletta minflok Marsilja tas-Seklu 19 fil-film The Count of Monte Cristo, sat-tieqa tadDwejra fis-serje Game of Thrones, gżiritna ilha tieħu rwol ta’ appoġġ fiċ-ċinema globali.
Madankollu, l-industrija tal-films Maltija proprja ma tibdhiex u tieqaf hawn. Illum aktar minn qatt qabel, l-industrija torbot mal-crew Malti u Għawdxi mħarreġ f’kull dipartiment. Hemm aktar minn 25 dipartiment wara produzzjoni sħiħa, minn ħajjata għalmake-up artists, minn mastrudaxxi għad-dipartiment talkostruzzjoni, u minn dipartimenti kkarigati minn special effects, fost ħafna oħra.
Dawn id-dipartimenti kollha jgħinu l-produtturi jagħmlu l-istorja tagħhom reali. Fl-2018, varajna l-programm ‘Opportunity for All’ li wassal għal aktar struttura tal-industrija tal-films, u fejn aktar opportunitajiet bdew jinatgħu lil Maltin u Għawdxin. Sal-2018, l-industrija tal-films kienet waħda staġjonali. Illum, irnexxielna nibnu industrija tal-films li taħdem is-sena kollha.
Bit-tisħiħ tal-cash rebate li jofri, u l-bidliet li għamilna fl2019, waslu biex pajjiżna jattira aktar produzzjonijiet fejn aktar Maltin u Għawdxin jaħdmu fil-films. Illum għandna aktar minn produzzjoni waħda għaddejja fl-istess ħin. Filfatt matul Marzu kellna tmien produzzjonijiet jaħdmu fl-istess ħin.
Għandna madwar 700 crew lokali jaħdem full-time fuq dawn il-films. Illum, li jkollok karriera fil-films hija realtà. Wieħed jibda’ minn trainee, u jitla’ liskaluni tant li jista jkollu opportunitajiet fuq produzzjonijiet barra minn Malta.
L-inizjattiva li “Opportunity for All” ħadmet biex toħloq direttorju u kompliet tagħmel il-crew aktar aċċessibbli. Fejn qabel ħaddiem kien jiġri wara produzzjoni biex isib impjieg, illum il-produzzjonijiet iffitxu huma aktar Maltin u Għawdxin biex jaħdmu magħhom.
Ħloqna linji gwida għallcrew, li l-Kummissjoni talFilms ħarġet għal produzzjonijiet internazzjonali u lokali li jibbenefikaw mill-programm tal-cash rebate. Saħħaħna l-pagi għal crew Malti u Għawdxi, tajna drittijiet ġodda biex insaħħu il-crews lokali. B’hekk tajna aktar serħan tal-moħħ lil dawk kollha li jaħdmu fl-industrija tal-films. Din is-sena niċċelebraw mitt sena ta’ films f’Malta.
Kien fl-1925 li beda x-xogħol fuq l-ewwel film miġbud f’Malta. L-ewwel erba’ films f’Malta (Sons of the Sea, The Battles of Coronel and Falklands Islands, Bolibar, u Tell England) kollha nħaddmu f’gżiritna bi ftit li xejn rikonoxximent għal Maltin. Mażżmien, saħħejna l-preżenza tagħna fl-industrija, imxejna minn dell tal-istillel internazzjonali, għal punt integrali filproduzzjonijiet.
Illum, il-Maltin huma involuti f’kull stadju tal-produzzjoni. Kienet din il-bidla li rat l-industrija tal-films isaħħaħ il-brand image ta’ pajjiżna u tibda’ tikkonribwixxi b’mod aktar saħħtu fl-ekonomija, anke fl-aktar żminijiet diffiċli ta’ pajjiżna.
Fi żmien il-pandemija, filwaqt li setturi oħra raw kif se jsalvaw, l-industrija tal-films waqt il-pandemija baqgħet għaddejja, b’aktar minn 30 produzzjoni jaħdmu f’Malta bejn l-2020 u l-2021, inkluż il-film ‘Jurassic World: Dominion’. Il-Kummissjoni tal-Films kienet fiċ-ċentru ta’ din it-trasformazzjoni.
Rajna numru dejjem jikber ta’ produtturi li jagħżlu lill-pajjiżna għall-proġetti ambizzjużi. L-investiment kontinwu li l-Gvern għamel wassal għal dan it-tkabbir tal-industrija tal-films, li imbagħad wassal għal tkabbir fl-ekonomija f’pajjiżna. Fil-fatt għal kull ewro li l-Gvern investa fil-films, permezz tal-programm tal-cash rebate, l-industrija tal-films tiġġenera €3 lura fl-ekonomija ta’ pajjiżna. Illum niċċelebraw il-passi li għamilna biex niżguraw li lcrew Malti jiġi aktar rikonoxxut mill-produzzjonijiet internazzjonali li jagħżlu lil Malta.
Hekk kif nimxu ’l quddiem, l-impenn tagħna jibqa’ wieħed: li nkomplu ninvestu fit-talent lokali billi nibnu industrija li tipprovdi karrieri stabbli għall-kreattivi Maltin u Għawdxin, waqt li nassiguraw li naslu għal viżjoni tagħna fejn noħolqu “a world class film industry” f’Malta.
Illum niċċelebraw il-vjaġġ li imxejna flimkien biex nibnu u insaħħu industriji ekonomiċi ta’ pajjiżna, fosthom l-industrija tal-films li llum hija waħda sostenibbli, kompetittiva u li tassigura impjiegi għallMaltin u l-Għawdxin.