Tuesday, December 24, 2024

Malta fil-finali tal-kategorija tal-irġiel fil-kampjonati dinjija tal-blackball

Aqra wkoll

Malta waslu sal-finali tal-kategorija tal-irġiel fil-kampjonati dinjija tal-blackball meta fis-semifinali li ntlagħbet f’Parc des Expositions ta’ Albi għelbu lill-Iskozja 13-12 f’logħba ferm eċitanti.

It-tim immexxi minn Clevion Micallef kien 3-0 minn taħt iżda rimonta qawwija tal-Maltin għenithom sabiex idawru l-iskor 7-3 favurihom.

L-Iskoċċiżi reġgħu rritaljaw u dawwru l-iskor favurihom iżda l-aħħar parti kienet kollha tal-Maltin bl-iskor li jsir 12-12. 

Fil-logħba finali kien Johan Attard li daħħal il-boċċa s-sewda sabiex eventwalment kisbu post fil-finali kontra t-tim ospitu Franza li se tintlagħab fl-4.30pm 

Sadanittant fis-semifinali l-oħra li ntlagħbu, iż-żgħażagħ Maltin tilfu kontra Franza 13-7 filwaqt li s-senior tilfu bl-istess skor kontra l-Ingilterra.

Ekonomija

Sport