Sunday, August 24, 2025

Malta fil-Kampjonat Mondjali tal-Pool

Aqra wkoll

Malta se tieħu sehem fil-Kampjonati Mondjali tal-Pool li se jsiru ġewwa Ennis, l-Irlanda, bejn is-27 ta’ Awwissu u l-5 ta’ Settembru. L-erba’ timiiet Maltin, mibgħuta mill-Malta Pool Association, se jħallu Malta nhar it-Tnejn sabiex jieħdu sehem fil-kateogirji tat-timijiet tal-irġiel, żgħażagħ ta’ taħt it-18-il sena u 23 sena kif ukoll fil-kategorija tal-Over 50’s.

It-tim tal-irġiel, li se jkun immexxi minn Carmel Cilia, se jkun kompost minn Clayton Castaldi, Ryan Pisani, Owen Amato, Dejan Grech, Lydan Debono, Chris Zaffarese, Johan Attard u Miguel Amato. It-tim taż-żgħażagħ ta’ taħt it-18-il sena, immexxi minn Vince Saliba, li se jkunu qegħdin jiddefendu t-titlu mirbuħ f’dawn l-aħħar sentejn, se jkun kompost minn Nick Muscat, Jake Castaldi, Chaylon Castaldi u Denzel Falzon.

Dan filwaqt li t-tim taż-żgħażagħ ta’ taħt it-23 sena se jkun kompost minn Matthias Debono, Liam Mifsud u Nordai Desira. It-tim nazzjonali Malti tal-Over 50’s, imexxi minn Pasquale Sciberras, huwa magħmul mill-players Manuel Mallia, Marco Bonello, Antoine Aquilina, Ivan Rizzo, Kevin Mercieca u Frans Abdilla.

Barra l-kampjonati tat-timijiet kull player se jkun impenjat fil-kampjonati individwali mondjali, kompetizzjoni doubles kif ukoll it-tournament prestigjuz ‘World Masters’.

Vincent Degiorgio, Segretarju tal-Malta Pool Association kif ukoll teżorier tal-federazzjonijiet Ewropej u Mondjali, se jkun l-uffiċjal inkarigat mill-kontinġent Malti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport