Saturday, November 23, 2024

Malta fil-lista tal-aktar pajjiżi siguri fl-Ewropa għat-turiżmu wara l-COVID-19

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

Is-sit European Safest Destinations 2020 ħabbar lista ta’ pajjiżi li huma siguri biex iżżur wara l-pandemija tal-COVID-19. Fost il-pajjiżi jsemmi wkoll lil Malta.

Fil-fatt, dwar pajjiżna jgħid li kien hawn 55 darba inqas każi ta’ Coronavirus milli kien hemm fl-aktar pajjiżi Ewropej li ġew affettwati. Barra hekk, jgħid li Malta għandha aktar sodod fl-isptarijiet għal kull resident milli hemm fil-Finlandja, fl-Irlanda u fir-Renju Unit. Jispjega li peress li l-pandemija dejjem kienet limitata f’Malta, allura l-isptarijiet qatt ma kienu ffollati u jistgħu jilqgħu lit-turisti jekk ikun hemm il-bżonn. 

Għaldaqstant jistieden lil dawk it-turisti li jixtiequ jgħoddsu fil-baħar kaħlani u li jixtiequ jesperjenzaw it-teżori tal-gżejjer tagħna biex jibbukkjaw ħalli jkunu jistgħu jintefgħu fuq il-bajja ramlija tar-Riviera jew inkella jinqatgħu għall-kwiet fil-gżira Għawdxija.

Finalment, is-sit jispjega li jekk il-lukandi jiftħu fl-1 ta’ Ġunju, allura l-istaġun tat-turiżmu jista’ jibda fl-1 ta’ Lulju. 

Sport