Saturday, December 21, 2024

Malta fit-28 post fl-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-livell tal-għajxien

Aqra wkoll

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo qal li Malta hija aħjar minn nofs il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u aħjar minn 160 pajjiż ieħor f’dinja ta’ 193 pajjiż, meta żar il-kommunità Maltija fiċ-Ċentru ta’ Astoria fi New York. Il-Ministru Bartolo irringrazzja lill-emigranti Maltin u Għawdxin  u irringrazzjahom għax-xogħol li jagħmlu u qalilhom li għandna nkunu kburin li aħna l-Maltin u l-Għawdxin bnejna lil pajiżna biex ninsabu fit-28 post fost l-aħjar fid-dinja fl-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-livell tal-għajxien.

Il-Maltin kollha, Laburisti u Nazzjonalisti, ħadmu biex Malta tiġi aħjar.  ‘Mhux Laburisti jew Nazzjonalisti, kulħadd ħadem biex Malta tiġi aħjar.’ Saħaq il-Ministru Bartolo.

Il-Ministru Bartolo qal li bl-għaqal u s-sagrifiċċju il-Maltin li emigraw lejn New York bnew dan iċ-ċentru 40 sena sena ilu u baqgħu jmexxuh għall-ġid ta’ ħutna Maltin u Għawdxin. 

‘Għandna kommunità Maltija u Għawdxija biżlin u onesti li hemm minnhom li ilhom 50 sena li emigraw għax fil-gżejjer Maltin ma kienx hemm xogħol għalihom. L-ewwel Malti li nafu bih emigra lejn New York fl-1829,’ qal il-Ministru Bartolo.

Ekonomija

Sport