Thursday, October 30, 2025

MALTA FL-AKTAR ŻMINIJIET TURBULENTI FL-ISTORJAMODERNA

Aqra wkoll

Diplomat by Destiny (SKS Publishers) awtobiografija ta’ George Saliba, wieħed mill-aħjar Ambaxxaturi li qatt kellha Malta li serva fl-aktar żminijiet turbulenti fl-istorja moderna, ġiet imnedija fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fil-presenza tad-Deputat Prim Ministru Ian Borg u bosta diplomatiċi li ħadmu mal-ex Ambaxxatur tul is-snin.

George Saliba serva bħala Ambaxxatur ta’ Malta f’pajjiżi differenti għal 25 sena. “L-ewwel Ministru tal-Affarijiet Barranin li servejt taħtu fl-1981 kien il-Prim Ministru Dom Mintoff u bqajt inservi taħt Ministri differenti, minn żewġ Amministrazzjonijiet, b’lealtà assoluta lejn pajjiżi.

Dak huwa s-sodisfazzjoni tiegħi.” qal is-sur Saliba. Il-Ministru Ian Borg irringrazzja lis-sur Saliba għas-servizz leali tiegħu lejn Malta u qal li dan il-ktieb ir-rwol vitali tad-diplomazija f’dinja li qed tkun karatterizzata minn konflitti u inċertezza,
George Saliba twieled u trabba ż-Żurrieq, segwa l-istudji tiegħu fil-John Hopkins University School of Advanced International Studies, ingħaqad mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fejn ħadem fl-aktar kuriduri internazzjonali għoljin tal-poter.

Kien Ambaxxatur ta’ Malta għall-Istati tal-Golf Għarbi, serva bħala Ambaxxatur għal-Libja. Mill-Afrika ta’ Fuq intbagħat ir-Russja fi żmien mill-aktar delikat. Mir-Russja ġie msejjaħ lejn New York biex iservi bħala Rappreżentant Permanenti ta’ Malta tan-Nazzjonijiet Magħquda, u wara serva bħala Ambaxxatawaur għall-Istati Uniti.

Il-karriera twila u distintiva tiegħu rajtu jservi taħt kemm taħt Gvernijiet Laburisti kif ukoll dawk Nazzjonalisti, prestazzjoni importanti ħagna fiha nfisha f’kuntest politiku daqshekk polarizzat bħalma hu dak ta’ Malta. Fuq sfond ta’ avvenimenti
globali kbar matul iż-żmien tiegħu fil-qalba tal-isforzi diplomatiċi ta’ Malta, George Saliba jesplora l-arti delikata tad-diplomazija.

Permezz ta’ stejjer personali u għarfien professjonali, jirrifletti dwar l-isfidi u l-bilanċ bejn l-interessi nazzjonali u internazzjonali. L-awtur jirrakkonta l-esperjenzi tiegħu waqt tensjonijiet ġeopoliċi u interazzjonijiet ma’ mexxejja dinjija u kif serva bħala mibgħut tan-Nazzjon Malti biex jagħmel promozzjoni lil Malta fuq il-palk internazzjonali.

It-tnedija tal-ktieb tmexxiet mis-sur Martin Bugelli. Diplomat by Destiny se jiġi mniedi fil-Festival tal-Ktieb (5-9 Novembru) fl-MFCC f’Ta’ Qali fl-Istand SKS meta l-ktieb se jinbiegħ esklussivament bil-prezz speċjali ta’ €15.00. Wara lktieb jinbigħ ewlenin u ‘onlne‘ minn www.skspublishers.com (posta inkluża) bil-prezz ta’ €20.00.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport