Rapport riċenti ta’ l-Organiżżazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) poġġa lil pajjiżna fl-ogħla post fl-Ewropa għall-obesità, b’75% ta’ l-irġiel Maltin u 60% tan-nisa meqjusa overweight (li għandhom piż żejjed). Dawn iċ-ċifri jirrappreżentaw l-ogħla rata fost 52 pajjiż fir-reġjun Ewropew ta’ WHO. F’dan il-kuntest il-kumpanija Vivian ħabbret trattament ġdid f’Malta bbażat fuq riċetta medika li joffri għajnuna lil dawk li jgħixu b’obesità – waħda mill-akbar sfidi tas-saħħa fil-pajjiż.
Dan it-trattament huwa pass sinifikanti biex titwessa’ l-għażla ta’ għodod disponibbli għal professjonisti fil-qasam tas-saħħa u għall-pazjenti li qegħdin ifittxu approċċ personalizzat u taħt superviżjoni medika għall-immaniġġjar tal-piż.
Terapija ġdida bbażata
fuq l-evidenza xjentifika
Din it-terapija ġdida tipprovdi soluzzjoni bbażata fuq l-evidenza xjentifika għal dawk li ilhom jippruvaw jitilfu l-piż b’mod sostenibbli permezz tad-dieta u l-eżerċizzju iżda mingħajr suċċess, billi tgħin biex jitnaqqsu l-ġuħ u x-xewqat għall-ikel.
F’kumment Steven Ellul minn Vivian qal li, “dan m’aħniex qegħdin nippreżentawh bħala xi soluzzjoni ‘maġika’ iżda hija għażla medika approvata għal dawk li għandhom bżonn appoġġ addizzjonali, speċjalment għal dawk li għandhom diffikultajiet marbuta mal-ikel emozzjonali jew il-ħsieb kontinwu dwar l-ikel”.
Ellul speċifika kif dan it-trattament jindirizza aspett ta’ spiss minsi tal-obesità: ir-relazzjoni psikoloġika tagħna mal-ikel. L-obesità mhiex biss kwistjoni ta’ kemm jinħarqu kaloriji. Għal ħafna nies, hija marbuta ma’ triggers emozzjonali profondi li jagħmlu t-telf tal-piż diffiċli ħafna”.
Il-ġuħ u x-xewqa għall-ikel:
Żewġ sfidi differenti…
Il-ġuħ u x-xewqa għall-ikel huma żewġ sfidi differenti. Xewqa għall-ikel hija meta wieħed jixtieq tip speċifiku ta’ ikel anke jekk mhux bil-ġuħ. Il-ġuħ huwa meta l-ġisem jinforma li għandu bżonn l-ikel u kull tip ta’ ikel jissodisfa dan il-bżonn. Huwa maħsub li ż-żewġ partijiet fil-moħħ li jikkontrollaw il-ġuħ u x-xewqat jistgħu jaħdmu kontra persuna li qiegħda tipprova titlef il-piż.
Dan it-trattament ġdid fil-fatt jaħdem fuq iż-żoni tal-moħħ responsabbli għall-ġuħ u s-sistema naturali fil-ġisem, billi jnaqqas ix-xewqat u l-ħsibijiet relatati mal-ikel.
“F’Vivian, impenjati li nwasslu soluzzjonijiet innovattivi fis-suq Malti li jindirizzaw lill-persuna kollha, mhux biss is-sintomi. Din l-inizjattiva ġdida tirrifletti dan l-impenn fejn qegħdin nindirizzaw kemm il-fatturi emozzjonali, kif ukoll dawk fiżjoloġiċi wara ż-żieda fil-piż biex jinkisbu riżultati aktar sostenibbli u realistici għas-saħħa,” temm Steven Ellul.
Għal aktar informazzjoni l-pazjenti huma mħeġġa jikkonsultaw lit-tabib jew professjonist tas-saħħa tagħhom.