Saturday, November 23, 2024

Malta fost ħames pajjiżi Ewropej fejn 95% tal-ilma baħar hu ta’ kwalità eċċellenti

Aqra wkoll

Studju li sar mill-aġenzija tal-ambjent tal-Unjoni Ewropea juri li l-kwalità tal-baħar Ewropew hi waħda tajba ħafna. L-istudju jikkonkludi li l-istandards minimi ta’ kwalità ntleħqu f’95% tas-siti li ġew immoniterjati madwar il-kontinent matul is-sena li għaddiet. 

L-aġenzija qalet li minn 22,295 sit li tpoġġew taħt skrutinju, 84.6% kellhom kwalità eċċellenti ta’ ilma baħar. L-istudju sar fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit, l-Albanija u l-Iżvizzera. 

Intant, meta wieħed jara l-analiżi ta’ kull pajjiż, jinduna li fil-ħames pajjiżi – Ċipru, Awstrija, Malta, il-Greċja u l-Kroazja – mill-inqas 95% tal-baħar kienu ta’ kwalità eċċellenti. Mill-pajjiżi kollha taħt skrutinju, il-Polonja kienet l-unika wieħed b’inqas minn 50% tal-bajjiet li kellhom ibħra li huma eċċellenti. 

Sport