Waqt konferenza tal-aħbarijiet li ġiet indirizzata f’lukanda ewlenija fil-Furjana, proprju ftit sigħat qabel l-Isle of MTV 2024, indirizzat lil dawk preżenti l-ikonika Nelly Furtado, li fil-passat riċenti kienet tokkupa l-ewwel postijiet taċ-charts Ewropej, bil-hit singles tagħha.
Hija kellha kliem ta’ tifħir għal pajjiżna fejn fil-ftit ħin li kienu ilhom Malta, baqgħu msħħra bis-sbuħija ta’ pajjiżna. Dan għalkemm din mhux l-ewwel darba f’pajjiżna għall-din il-kantanta li lura fl-2012 kienet diġá ħadet sehem fl-Isle of MTV.
Hija qalet li tinsab ferm ħerqana li tferraħ lil madwar 50,000 persuna li huma mistennija jattendu bi ħġarhom fuq il-Fosos tal-Furjana, illejla.
Fi kliemha: “Malta għandha post speċjali f’qalbi. Se nkun qed inkanta quddiem udjenza kbira u jien bniedma li nħobb ħafna nkun viċin tal-pubbliku u hekk beħsiebni nagħmel illejla.”
“Jien tip ta’ persuna li nfittex ħafna s-sehem tal-pubbliku u għalhekk insejħilhom minn issa sabiex jippreparaw sabiex flimkien niżfnu u nkantaw għall-mużika li se nkun qed nipprovdilkom.”
“Għandi 700 sena biex illejla nitla’ fuq il-palk tal-Isle of MTV biex nagħti spettaklu mill-isbaħ lil dawk preżenti.”
Mistoqsija minn dan il-ġurnal liema tħoss li hija dik id-diska li xprunatha l-aktar għas-suċċess hiaj wieġbet bla tlaqliq li hija ‘Say it Right’, li għandha ‘l fuq minn biljun hit fuq youtube.
Ta’ nota huwa l-fatt li Furtado se tkun qed toħroġ album ġdid fil-futur qrib bl-isem ta’ ‘Seven’.
Intant, Dj Snake u Raye, li se jkunu qed jagħtu l-prestazzjonijiet tagħhom illehla wkoll fuq il-Fosos ma kinux preżenti għal din il-konferenza stampa, b’din tal-aħħar minħabba li fil-ħin li saret il-konferenza stampa, kienet għadha kemm waslet f’pajjiżna minħabba ttardjar fit-titjira tagħha.
Preżentat u indirizzat il-mistoqsijiet lill-kantanti msemmija, il-preżentatriċi ta’ MTV, Becca Dudley.