Monday, June 9, 2025

Malta hija d-dar tiegħi u nirringrazzja lil Zabbar SP li xtaquni bil-qawwa u li tawni din l-opportunità – Mario Fontanella

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

L-iskorer prolifiku Taljan,Mario Fontanella, mhux wiċċ ġdid għall-futbol Malti se jkun qed jirritorna f’pajjiżna, hekk kif se jkun qed jilbes il-flokk ta’ Zabbar SP.

L-attakant Naplitan ta’ 35 sena lagħab għal dawn l-aħħar tliet snin fil-Bahrain u l-Kuwait ma’ Al-Muharraq u Al-Yarmouk rispettivament fejn skorja xejn anqas minn 30 goal. 

Dan is-sit tkellem ma’ Fontanella nnifsu, fejn tana iktar kummenti rigward kif qed iħares lejn din l-epserjenza ġdida fil-karriera tiegħu fil-futbol.

“Ninsab tassew kuntent li nista’ nerġa’ lura għall-futbol Malti.”

“Malta hija d-dar tiegħi u nirringrazzja lil Zabbar SP li xtaquni bil-qawwa u li tawni din l-opportunità.”

“Se npoġġi l-esperjenza kollha tiegħi, l-ambizzjoni tiegħi u l-pożittività kollha tiegħi għas-servizz tat-tim.”

“Nixtieq nirringrazzja b’mod partikolari lill-kowċ Aniello Parisi, lill-president, lil Cameron Farrugia u lil Fabio Muscat talli għamlu r-ritorn tiegħi lejn Malta possibbli!”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport