Monday, March 16, 2026

Malta hija ppreparata għal kull eventwalità – il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

Il-Gvern kompla bis-sistema li jlaqqa l-Kabinett tal-Ministri fil-pubbliku, tant li lbieraħ il-Kabinett tlaqqa’ ġewwa il-faċilitajiet tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċvili f’Ħal Far, fejn il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-membri tal-Kabinett  u rappreżentati tal-forzi tal-ordni u s-sigurtà ta’ pajjiżna. Il-laqgħa ffukat  fuq is-sigurtà nazzjonali. 

Waqt il-laqgħa, il-Prim Ministru Abela tenna li minkejja l-isfidi internazzjonali li qed taffaċċja d-dinja, Malta hija preparata u tibqa’ pajjiż sigur. Sostna li f’pajjiżna se jibqa’ jkollna ċ-ċertezza u serħan il-moħħ lin-nies. 

Waqt din il-laqgħa il-Prim Ministru ħabbar li l-Korp tal-Pulizija investa fi flotta ta’ 30 vettura ġodda għat-Taqsima tar-Rapid Intervention Unit (RIU). Vetturi ġodda mgħammra sew għall-forzi tal-ordni u li joffru sens t’awtorità u viżibiltà qawwija. 

Dr Abela enfasizza li l-forzi dixxiplinati jixirqilhom kull investiment u sostna li fl-aħħar snin il-Gvern żied b’mod sostanzjali l-investiment f’dawn il-korpi. Huwa fakkar li kien dan il-Gvern li introduċa l-ewwel ftehimiet kollettivi għall-korpi dixxiplinati, wara li fl-2015 daħħal bidla leġiżlattiva li tat dritt lill-dawn il-ħaddiema jissieħbu f’unjin.

Il-Prim Ministru sssokta qal li “Illum wasalna viċin biex nagħlqu t-tmien ftehim għal sezzjoni oħra ta’ ħaddiema fil-korpi dixxiplinati. Wasalna biex nissiġġillaw ftehim ieħor għall-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċvili”, waqt li spjega li ladarba dan il-ftehim jiġi konkluż, il-Gvern ikun iffirma żewġ ftehimiet għal kull korp dixxiplinat fi spazju ta’ ftit snin.

Il-Prim Ministru faħħar ukoll ix-xogħol siewi tal-forzi tal-awtoritajiet biex Malta tibqa’ pajjiż sigur. Huwa semma kif sa ftit ġimgħat ilu, waqt il-maltemp qawwi li laqat lil pajjiżna, il-forzi dixxiplinati flimkien ma’ ħaddiema oħra taw prova ċara tad-dedikazzjoni u s-servizz li dawn jagħtu lejn il-komunità. 

Huwa rrimarka li l-forzi tagħna dejjem iqumu għall-okkażjoni, dan hekk kif ipoġġu lilhom nnfushom f’periklu biex jipproteġu lis-soċjetà. Għalhekk aħna grati lejhom. Grati għax-xogħol tant importanti li jwettqu biex iħarsu s sigurtà ta’ pajjiżna,” saħaq il-Prim Ministru. Dan filwaqt li afferma.

Il-laqgħa tal-Kabinett indirizzaha wkoll il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri. Qali li Malta preparata u Malta sigura ma ġewx b’kumbinazzjoni. Huma riżultat tal-preparazzjoni, tal-prevenzjoni u tal-azzjoni. 

Qabel bdiet il-laqgħa, il-Prim Ministru Robert Abela, akkumpanjat mill-Ministru Byron Camilleri żaru l-istazzjon tat-tifi tan-nar tad-Dipartiment tal Protezzjoni Ċvili, fejn apparti li ltaqgħu mal-ħaddiema ta’ dan id-dipartiment, ingħataw ukoll dimostrazzjoni ta’ tifi ta’ ‘fire wall display’ anke permezz tal-fire engines il-ġodda.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport