Saturday, December 21, 2024

Malta impenjata li tagħti l-kontribut tagħha fl-inizjattiva WestMED għal ibħra aktar nodfa u ekonomija blu aktar b’saħħitha

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg indirizza konferenza diġitali dwar l-inizjattiva WestMED, inizjattiva li nħolqot biex tgħin lil istituzzjonijiet pubbliċi, l-akkademja, intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, imprendituri u komunitajiet lokali miż-żewġ naħat tal-Punent tal-Mediterran, biex flimkien jiżviluppaw proġetti marittimi lokali u reġjonali.

Il-Ministru Ian Borg qal, “Il-gvern kommess li jaħdem għal spazju marittimu aktar sikur, ekonomija blu aktar b’saħħitha u aktar kooperazzjoni mal-partijiet kollha. Se nkomplu nagħtu prijorità lill-innovazzjoni biex naraw tkabbir sostenibbli u se nikkollaboraw mal-imsieħba tagħna biex naraw aktar impjiegi f’dan is-settur u livell tal-għajxien aħjar għan-nies tal-Mediterran, filwaqt li nissalvagwardjaw l-ibħra tagħna. Fi Frar li ġej, Malta qed tippjana li tospita t-tieni laqgħa ministerjali tal-UFM Blue Economy. F’pajjiżna, l-ekonomija blu timpjega madwar 11,000 persuna u tiġġenera €406 milun f’valur miżjud gross. Impenjati li nilħqu bilanċ bejn it-tkabbir u l-obbligi tagħna lejn l-oċeani u l-ekosistemi. Bħala stat gżira, niddependu fuq l-ibħra tagħna mhux biss għall-konnettività, imma anke għall-impjiegi, it-turiżmu u t-tkabbir ekonomiku. Intenni l-impenn tal-gvern għall-inizjattiva WestMED u se nkomplu nkunu minn ta’ quddiem nett li nirrappreżentaw l-interessi ta’ pajjiżna u tal-ibħra tagħna.”

Ekonomija

Sport