Sunday, August 3, 2025

Malta jagħlqu l-impenji tagħhom fil-Euro Hockey 3 b’telfa minima

Aqra wkoll

Malta temmew l-impenji tagħhom fil-Euro Hockey 3 b’telfa minima ta’ 1-0 kontra l-Finlandja. Kienet logħba ferm bilanċjata bil-Maltin ferm sfortunati li ma skorjawx xi gowl. Min-naħa l-oħra, il-Finlandiżi ppruvaw jużaw is-saħħa fiżika tagħhom għalkemm kellu jkun gowl wieħed biss li fired liż-żewġ timijiet.

Kien Elmeri Rihtila li skorja l-uniku gowl tal-logħba fit-tielet quarter.

F’dan it-turnew li sar fil-belt Torka ta’ Kirklareli, Malta lagħbet ħames logħbiet fejn wara telfiet ta’ 9-1 kontra l-Ukrajna u 3-2 kontra l-Bulgarija, waslu rebħiet konvinċenti ta’ 5-2 kontra l-Ungerija u 7-0 kontra l-Lussemburgu.

Sadanittant, din il-kompetizzjoni ntrebħet mill-Ungerija wara li fil-finali għelbu lit-Turkija 9-5.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport