Malta, permezz tad-Direttorat għall-Avjazzjoni Ċivili fi ħdan Transport Malta kienet l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li ta awtorizzazzjoni biex jiġi mtella’ logħob tan-nar minn fuq drones.
Dan iddikjaratu Transport Malta permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali, fejn ġie spjegat li dan kien rifless fl-għeluq tal-Festival Internazzjonali tan-Nar fil-Port il-Kbir li matul l-ispettaklu pirotekniku ra s-sehem ta’ 550 drone.
TM irringrazzjat lill-Korp tal-Pulizija, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, l-Għaqda Piroteknika ta’ Malta u l-entitajiet kollha konċernati tal-kollaborazzjoni sħiħa biex seta’ jsir dan l-ispettaklu bid-drones f’pajjiżna għall-ewwel darba