Saturday, November 16, 2024

“Malta kollha kemm hi hija laboratorju ta’ paċi” – il-Papa Franġisku fl-Udjenza Ġenerali

Aqra wkoll

Fl-Udjenza Ġenerali tal-lum, il-Papa iffoka l-meditazzjoni tiegħu fuq iż-żjara appostolika riċenti tiegħu f’Malta. “Is-Sibt u l-Ħadd li għadda mort Malta: vjaġġ appostoliku li kien ilu ppjanat għal xi żmien. Mhux ħafna jafu li Malta, minkejja li hija gżira f’nofs il-Mediterran, irċeviet l-Evanġelju malajr ħafna, għax l-Appostlu Pawlu innawfraġa ħdejn ix-xtut tagħha u b’mod mirakoluż salva ruħu ma’ dawk kollha li kienu fuq il-vapur, aktar minn mitejn u sebgħin ruħ”, qal il-Papa.

Għall-Papa Malta hija “post ewlieni”. Qal li hija hekk l-ewwel nett minħabba l-pożizzjoni tagħha fiċ-ċentru tal-baħar bejn l-Ewropa u l-Afrika. Iddeskriva lil Malta bħala l-post fejn jiltaqgħu l-popli u l-kulturi.

Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku qal li f’dan il-kuntest, Malta tirrappreżenta d-dritt u s-saħħa taċ-“ċkejknin”, ta’ nazzjonijiet żgħar imma sinjuri fl-istorja u ċ-ċiviltà.

Huwa żied jgħid: “Malta hija post ewlieni f’dak li għandu x’jaqsam mal-fenomenu tal-migrazzjoni. Hemmhekk iltqajt ma’ numru ta’ immigranti, li waslu fil-gżira wara vjaġġi terribbli. M’għandniex niddejqu nisimgħu x-xhieda tagħhom. Kull immigrant huwa uniku, huwa persuna bid-dinjità tiegħu, bl-għeruq tiegħu u bil-kultura tiegħu.”

Għall-Papa Franġisku, “Malta kollha kemm hi hija laboratorju ta’ paċi.”

Il-Qdusija Tiegħu kkonkluda billi fakkar lil Patri Dijonisju Mintoff, li fi kliemu huwa “eżempju ta’ ħeġġa appostolika u mħabba lejn l-immigranti.”

Ekonomija

Sport