Saturday, November 23, 2024

Malta l-ħames fl-UE għall-inqas xogħol prekarju

Aqra wkoll

Ċifri tal-Eurostat juru li matul is-sena li għaddiet Malta kellha l-ħames l-inqas rata ta’ nies b’xogħol prekarju fil-pajjiżi tal-UE.

L-Eurostat għamel analiżi ta’ kemm kien hemm persuni bejn l-20 u l-64 sena li kellhom kuntratt tax-xogħol ta’ mhux aktar minn tliet xhur.

Huwa sab li f’pajjiżna kien biss 0.4% tal-impjegati f’din is-sitwazzjoni meta l-medja fl-UE kienet ta’ 2.3%.

Kienu biss ir-Rumanija, ir-Repubblika Ċeka, Ċipru u l-Ġermanja b’rati inqas minn ta’ Malta bl-ewwel tnejn b’rata ta’ 0.2% u l-aħħar tnejn b’dik ta’ 0.3%.

Fuq in-naħa opposta ġiet il-Kroazja b’6.5% tal-impjegati f’xogħol prekarju segwita minn Franza u Spanja b’4.7% u 4.2% rispettivament.

Sport