Matul is-sena li għaddiet Malta kienet l-iktar pajjiż tal-UE li ħarġet permessi ta’ residenza lil persuni ġejjin minn barra l-UE meta titqies il-popolazzjoni tal-pajjiż.
Ċifri tal-Eurostat juru li matul is-sena pajjiżna ħareġ 42 permess ta’ residenza għal kull 1,000 abitant meta l-medja fl-istati membri kienet 7% jiġifieri sitt darbiet aktar.
Fil-każ ga’ Malta l-ikbar ammont ta’ permessi, 2,964, inħareġ lil persuni mill-Indja segwiti minn 1,840 mis-Serbja; 1,783 mill-Filippini; 1,476 min-Nepal u 1,218 miċ-Ċina.
Wara Malta ġiet Ċipru b’26 permess għal kull 1,000 ċittadin mentri r-Rumanija kellha l-inqas rata hekk kif ħarġet permess wieħed għall-istess ammont ta’ abitanti.
B’kollox il-pajjiżi tal-UE ħarġu tliet miljun permess ta’ residenza lil persuni minn barra l-istati membri, 6% aktar mill-2018, b’dan kien dovut l-aktar għaż-żieda fil-permessi relatati max-xogħol.
Fil-fatt 41% tal-permessi nħarġu għal din ir-raġuni, 27% għal raġunijiet familjari, 14% għal raġunijiet ta’ studju waqt li t-18% l-oħra kien għal raġunijiet varji fosthom protezzjoni umanitarja.