Sunday, May 4, 2025

Malta lesta tħallas l-ispejjeż għall-ħsarat tal-bastiment “Conscience”

- il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

Wara li jumejn ilu sar attakk bi dront fuq il-bastiment “Conscience” li kien fi triqtu lejn il-Medda ta’ Gaża, liema attakk sar ftit ‘il barra mill-ibħra Maltin, il-Prim Ministru Robert Abela qal li Malta hija lesta li tħallas l-ispejjeż għall-ħsarat tal-bastiment fuq livell umanitarju u wara li jitla’ s-surveyor marittimu.

Il-Prim Ministru qal dan waqt li kien qiegħed jitkellem mal-ġurnalisti fejn ġie mistoqsi dwar din il-kwistjoni li għaddejja bħalissa. 

Dr Abela qal li pajjiżna ħa pożizzjoni ċara mill-ewwel u anke l-membri tal-ekwipaġġ u dawk abbord ingħataw l-għajnuna mill-ewwel. Wara li ġie kkontrollat in-nirien, ġie assigurat li n-nies jinsabu siguri fuq il-bastiment.

Il-Prim Ministru kompla jgħid li Malta għamlet diversi offerti biex dawn abbord jitniżżlu f’pajjiżna, iżda din l-offerta qatt ma ġiet aċċettata.

Aktar minn hekk, fis-sigħat li għaddew, Malta għamlet offerta li jitla’ surveyor marittimu biex jitla’ jara xi ħsarat hemm u jekk jistgħux jissewwew fuq il-post. Bil-kaptan tal-vapur irrifjuta din l-offerta. Sigħat qabel kien hemm negozjaturi tal-Pulizija biex jitilgħu fuq il-bastiment, iżda l-kaptan irrifjuta. Bil-Pulizija u l-bastiment għamlu kuntatt permezz tar-radju.

Il-Prim Ministru qal li wkoll li n-nies abbord għadhom ma tawx lista ta’ x’hemm fuq il-bastiment.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport