Malta tpoġġiet mill-ġdid fil-lista l-ħadra miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, l-ECDC, hekk kif l-ammont ta’ każijiet ta’ Covid-19 f’Malta komplew jonqsu.
Dan ħabbru l-Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne, fejn qal li ninsabu “Lura fuq l-aħdar”.
Is-sistema ta’ kuluri li qed tintuża madwar l-Ewropa tkun ippubblikata kull ġimgħa, bil-pajjiżi mogħtija kulur minn aħmar skur sa aħdar, skont kemm ikun hemm każijiet fl-aħħar 14-il ġurnata.