Monday, December 23, 2024

Malta mħassba fuq il-possibiltà t’għaqda tax-Xatt tal-Punent mal-Iżrael

Aqra wkoll

Malta esprimiet it-tħassib tagħha għall-possibiltà li x-Xatt tal-Punent jew partijiet minnu jingħaqdu mal-Iżrael.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej qal li kemm-il darba din isseħħ inkunu qed nisfidaw il-liġi internazzjonali u mmorru kontra riżoluzzjonijiet maħruġa mill-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, li huma favur soluzzjoni ta’ żewġ stati biswit xulxin, dak Palestinjan u Iżraeljan.

L-istqarrija tkompli tgħid li dawn ir-riżoluzzjonijiet huma konformi mal-fruntiera kif kienet qabel l-1967. 

Malta appellat lill-Palestinjani u l-Gvern Iżraeljan biex ipoġġu madwar mejda u jneħħu kull proposta li tista’ titfa’ lura n-negozjati dwar il-paċi. 

Fl-istqarrija l-gvern Malti tenna jgħid li hu disponnibi biex jgħin sabiex jiffaċilità l-paċi, is-sigurtà u l-istabbilità fl-Lvant Nofsani.

Ekonomija

Sport