Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, fid-diskors tiegħu dwar id-dimensja, qal li f’Malta għandna waħda mill-ogħla rati tal-għajxien.
Mistoqsi minn dan is-sit rigward l-aħbar fl-aħħar xhur rigward possibbiltà ta’ kura ġdida għal dawk li jbatu mid-dimensja, Fearne qal li mhux biss fejn tidħol dimensja, iżda kull meta jkun hemm avvanzi ġodda, Malta tkun minn ta’ quddiem biex tevalwa dawn il-mediċini.
Fearne kompla jgħid li teżisti sistema komuni biex wieħed ikun jista’ jara kemm il-mediċini ġodda fis-suq ikunu benefiċjarji u f’dak il-każ pajjiżna jintroduċihom ukoll fil-formularju.