Friday, November 22, 2024

Malta mistennija tesporta l-Kannabis lejn il-Ġermanja

Aqra wkoll

Minn VICTOR VELLA

Kumpaniji tal-kannabis mediċinali bbażati f’Malta jinvestu f’kumpaniji oħra

L-industrija tal-kannabis mediċinali f’pajjiżna, qed tkompli tiżviluppa u issa qed isir magħruf li Malta mistennija tkun wieħed mill-pajjżi li tingħata l-approvazzjoni biex tesporta l-kannabis lejn il-Ġermanja, pajjiż li fl-aħħar xhur ra żieda qawwija għad-domanda tal-kannabis mediċinali. Hu mifhum li l-Federal Institute for Drugs and Medical Devices (BfArm) fil-Ġermanja, qed jistenna li Malta fi żmien qasir se tkun approvata mill-istess pajjiż biex tesporta il-Kannabis. Jidher li ma’ Malta jistgħu jkunu approvati ukoll il-Greċja u l-Iżvezja. 

Sorsi qrib l-industrija tal-kannabis f’Malta meta tkellmu ma’ L-ORIZZONT qalulna li minkejja li l-pandemija affettwat b’mod negattiv ħafna għadd kbir ta’ industriji, l-industrija tal-kannabis mediċinali ma ġietx affettwata, anzi kompliet tespandi.  Filfatt qed ikun rappurtat li f’għadd ta’ pajjiżi madwar l-Ewropa qed tiżdied id-domanda għal kannabis mediċinali.  L-istess sorsi qalulna li għadd ta’ kumpaniji għaddejjin b’investimenti sostanzjali marbutin ma’ dan is-suq u dan biex fi żmien qasir isaħħu l-operat tagħhom. 

L-istess sorsi qalulna li l-mod kif din l-industrija qed tkompli tikber u tespandi wieħed jista’ faċilment jarah minn ftehim ta’ investimenti li saru.

Qed jirriżulta li l-kumpanija Medcan, li hi bbażata f’Malta u li għandha l-approvazzjoni tal-Malta Enterprise biex tistabbilixxi l-operat tgħhom f’Malta u tibni fabbrika għat-tkabbir tal-kannabnis mediċinali. 

L-istess sorsi qalulna li Medcan waslet fi ftehim ma’ Bophelo Bio Science and Wellness Pty Ltd u dan biex ikun hemm il-bejgħ tal-kannabis għas-suq Ewropew.   Jidher li l-ftehim jinvolvi l-bejgħ ta’ xejn inqas minn 10,000 kilo ta’ kannabis. 

L-istess sorsi qalulna li dan il-ftehim jaħseb biex il-bejgħ tal-kannabis jibda jsir lejn l-aħaħr ta’ dinis-sena.  L-istess sorsi spjegaw lil L-ORIZZONT li l-kumpanija Bophelo, tinsab għaddejja b’kollaborazzjoni ma’ kumpanija ta’ konsulenza f’Malta u dan bil-għan li takkwista “Good Agricultural and Collection (“GACP”)’ sa l-aħħar ta’ din is-sena. 

Apparti dan,  il-kumpanija Aphria Inc, li hi kumpanija sussidjarja ta’ ASG Pharma ingħata iċ-ċertfikazzjoni mill-awtoritajiet Maltin għal produzzjoni ta’ kannabis kemm għal skop mediċinali kif ukoll għal skop ta’ riċerka.  Aphria qed tittama li fi żmien qasir tkun tista’ tesporta il-kannabis, lejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. 

Irid jingħad li l-kumpanija Awstraljana MCG, kienet ingħatat l-approvazzjoni biex tibni impjant ta’ 15,000 metru kwadru għat-tkabbir tal-kannabis. Il-faċilità f’Malta ta’ din il-kumpanija għandha twassal biex iżżid l-operat ta’ din il-kumpanija, li bħalissa huma ibbażati fis-Slovenja u r-Repubblika Ċeka. 

Fl-aħħar jiem, Peter Homberg, il-kap tal-German Life Sciences Practice tkellem dwar kif żdiedet id-domanda għal kannabis mediċinali fil-Ġermanja. Hu jispjega kif matul is-sena 2020 se jkun mistenni li l-Ġermanja tkun importat xejn inqas minn 16 il-tunnellata ta’ kannabis għal skop mediċinali. Dan hu ferm u ferm ogħla minn kemm kienet impurtata kannabis fis-sena 2019, fejn dakinhar dak impurtat kien t’a 6.7 tunnellata.  Hu qed jisħaq li minħabba din iż-żieda fid-domanda, se jkun hemm bżonn li tiġi importata kannabis minn pajjiżi oħra. Bħalissa huma l-Kanada u l-Olanda li jistgħu jesportaw kannabis għal skop mediċinali lejn il-Ġermanja. Jidher li fl-aħħar ġimgħat ġew approvati ukoll faċilitajiet fil-Portugal u d-Danimarka biex jesportaw il-kannabis.

Sport