Friday, November 22, 2024

Malta miżjuda mal-lista ta’ pajjiżi fi kwarantina tar-Renju Unit

Aqra wkoll

Mijiet ta’ eluf ta’ Ingliżi spiċċaw f’salib it-toroq dwar x’se jagħmlu rigward il-btala tagħhom barra mill-pajjiż, wara li l-isem ta’ Malta, Franza u l-Olanda tpoġġew fil-lista ta’ pajjiżi minn fejn dawk li jirritornaw lejn ir-Renju Unit iridu joqogħdu fi kwarantina. 

Dawk li jirritornaw minn dawn il-pajjiżi, kif ukoll dawk minn Monaco, it-Torok, il-Kaikos u Aruba, iridu jiżolaw lilhom infushom għal 14-il ġurnata malli jaslu fir-Renju Unit. 

Din il-miżura, li hu maħsub li tista’ toħloq biża’ minħabba l-ammont kbir ta’ Ingliżi li jkunu jridu jirritornaw id-dar, se tidħol fis-seħħ minn għada fl-4.00 a.m.

Is-Segretarju tat-Trasport, Grant Shapps qal li d-deċiżjoni biex tiżdied Franza mal-lista ġiet wara li l-pajjiż irrapporta żieda ta’ 66% fin-numru ta’ każi ta’ Coronavirus fl-aħħar ġimgħa. 

Il-Prim Ministru Boris Johnson qal li se jkun bla ħnien fid-deċiżjoni tiegħu rigward ir-restrizzjonijiet.

Sport