Friday, December 13, 2024

Malta Mountain Bike Association ħabbret il-kollaborazzjoni ma’ Cisk 0.0 għall-Cross Country (XC) National Points Series ta’ din is-sena

Aqra wkoll

Il-Malta Mountain Bike Association ħabbret il-kollaborazzjoni tagħha ma’ Simonds Farsons Cisk plc permezz taċ-Cisk 0.0 Alcohol-Free Lager, li ġiet imnedija f’Malta is-sena l-oħra u li diġa rebħet numru ta’ premijiet.

“L-Assoċjazzjoni ma tistax tkun aktar grata għall-appoġġ ta’ waħda mill-aktar ditti popolari f’Malta, Cisk 0.0. Dan l-appoġġ huwa indispensabbli għall-Assoċjazzjoni tagħna biex tipprovdi l-livell ta’ tlielaq li l-membri tagħna mdorrijin bih,” irrimarka Pierre Zammit Endrich, President, Malta Mountain Bike Association.

Din il-kollaborazzjoni tikkoinċidi mat-tnedija tal-2022 Cisk 0.0 XC National Point Series Calendar għal-din is-sena. In-National Point Series se tikkonsisti f’serje ta’ erba’ tiġrijiet cross country, li se jsiru f’postijiet differenti madwar il-gżira u se jilħqu l-qofol tagħhom bil-Kampjonati Nazzjonali XC f’Ġunju.

L-ewwel attività tas-Serje ser issir nhar il-Ħadd 13 ta’ Frar, fit-tmienja ta’filgħodu fil-Miżieb. L-applikazzjonijiet għal din it-tellieqa jagħlqu nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Frar.

Bħas-snin ta’ qabel, it-tlielaq jsiru f’varjetà ta’ postijiet xeniċi iżda li xorta joffru sfida, l-ewwel waħda minnhom se tkun Miżieb. Ir-rotot magħżula mhux biss jiddependu fuq l-aspett tekniku tat-terren tal-korsa iżda jżommu f’moħħhom ukoll id-disponibbiltà ta’ rotot iqsar u inqas tekniċi għaċ-ċiklisti żgħażagħ u l-aċċessibbiltà għall-pubbliku li jixtieq igawdi l-azzjoni.

Aktar informazzjoni dwar is-Cisk 0.0 XC National Point Series tinsab fuq il-websajt tal-Assoċjazzjoni  – https://www.maltamountainbike.org.mt.

Ekonomija

Sport