Mill-15 ta’ Marzu sat-22 ta’ Marzu, Malta se tkun qed tospita l-Kampjonati Ewropej tal-Open
Classic Powerlifting fejn se jkun hemm 247 atleta minn 35 pajjiż differenti jikkompetu għall-ogħla titli kontinentali.
Il-kompetizzjoni se tkun se ssir fil-lukanda Intercontinental, f’San Ġiljan.
Iggwidat mill-coach Joseph Abela, il-kontinġent Malti jikkonsisti minn disa’ atleti Maltin li
se jikkompetu fl-aqwa livell Ewropej f’seba’ kategoriji tal-piż.
L-atleti huma:
- Maria Farrugia u Merlina Marinova li se jikkompetu fil-kategorija tan-nisa U47kg,
il-Ħadd 15 ta’ Marzu.
- Shawn Farrugia li se jikkompeti fil-kategorija tal-irġiel U74kg, it-Tnejn 16 ta’ Marzu.
- Neil Bezzina li se jikkompeti fil-kategorija tal-irġiel U83kg, it-Tlieta 17 ta’ Marzu.
- Jurgen Dalli u Ian Pace li se jikkompetu fil-kategorija tal-irġiel U93kg, il-Ħamis 19 ta’
Marzu.
- Laura Chetcuti Dimech li se tikkkompeti fil-kategorija tan-nisa U69kg, il-Ħamis 19 ta’
Marzu.
- Maria Pezkine li se tikkkompeti fil-kategorija tan-nisa U76kg, il-Ġimgħa 20 ta’ Marzu.
- Alessandro Gatt li se jikkompeti fil-kategorija tal-irġiel U105kg, il-Ġimgħa 20 ta’
Marzu.
Powerlifting huwa sport li jikkonsisti minn tliet dixxiplini differenti: squat, bench u deadlift.
Ir-rebbieħa jkunu l-atleti li jiksbu l-ikbar total fil-kategorija tal-piż tagħhom.



