Friday, November 29, 2024

Malta Premier: Birkirkara jirritornaw għar-rebħ

Aqra wkoll

Birkirkara ……..2

Mosta …….…….0

Minn Cristian Muscat

Il-leaders Birkirkara rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 2-0 biż-żewġ goals jaslu fit-tieni taqsima.

Kienu huma li ħolqu l-ewwel periklu wara biss ħames minuti meta xutt ta’ Maicon għadda ftit barra.

Mal-kwarta logħob, kien Maicon li reġa’ mar għall- konklużjoni iżda l-ballun intemm ferm għoli.

L-Istripes baqgħu jiddomi­naw u fl-24 minuta Alex Satariano kellu x-xutt tiegħu jiġi salvat b’diffikultá f’żewġ tentattivi mill-goalkeeper David Udoh Akpan.

Mosta wieġbu għall-ew­wel darba fid-29 minuta meta l-captain Zachary Brincat approfitta minn indeċiżjoni ta’ Alessandro Coppola fid-difiża, qabel kellu x-xutt tiegħu jintemm ftit għoli minn pożizzjoni ideali.

Fit-33 minuta, Birkirkara resqu viċin meta Maicon xeħet cross insidjuż iżda minn taħt il-lasti, Ignacio Morello naqas li jagħmel kuntatt mal-ballun bl-azzjoni tisfuma fix-xejn.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Birkirkara komplew fejn ħal­lew qabel il-mistrieħ u, fit-52 minuta, fetħu l-iskor meta Paul Mbong għadda tajjeb lejn SHAUN DIMECH li permezz ta’ xutt mill-isbaħ mid-distanza u mingħajr ma kkontrolla l-ballun sparah fis-saqaf tax-xibka bil-goal ikun deskritt bħala wieħed mill-isbaħ tal-istaġun.

Mal-ħin, ir-ritmu naqas u kien konċentrat f’nofs il-ground.

Dan sat-82 mi­nuta meta l-attakkant Karkariż, Alex Satariano, b’eleganza u teknika kbira kellu xutt minn tarf il-kaxxa li stampa mal-mimduda.

Mosta wieġbu tliet minuti wara meta Agyemang kellu daqqa ta’ ras mill-viċin salvata tajjeb mill-goalkeeper Giacomo Volpe.

Fil-ħin miżjud, il-Karkariżi ssiġillaw ir-rebħa meta Alex Satariano pprovda assist lis-sostitut ANDREA ZAMMIT li dar tajjeb ma’ tliet avversarji qabel xeħet il-ballun fix-xibka.

BIRKIRKARA: 1-Giacomo Volpe, 3-Ignacio Morello, 5-Agustin Sandona, 7-Shaun Dimech, 8-Paul Mbong (10-Andrea Zammit 90), 11-Kurt Zammit, 20-Alex Satariano, 24-Lautaro Lacunza, 27-Alessandro Coppola, 77-Maicon Da Silva Souza (99-Juan Siafa 46), 93-Gislain Yikpe (25-Neil Micallef 74) – Coach: Stefano De Angelis

MOSTA: 22-David Udoh Akpan, 4-Prince Afriyie (33-Bradley Farrugia 93), 5-Sasha Cachia, 13-Clayton Failla (9-Souleymane Kone 72), 16-Gianluca Sciberras (29-Stephen Chiemezie 84), 21-Nathan Agius (10-Giancarlo Goncalves 72), 23-Joshua Agyemang, 30-Sunday Okereke, 31-Joao Victor Teixieira, 74-Jake Vassallo, 77-Zachary Brincat   – Coach: Joseph Grech

REFEREE: Slobodan Petro­vic

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Mark Ciantar

RABA’ UFF: Ezekiel Barbara

SKORERS: S. Dimech 52, A. Zammit 91 (B)

AMMONITI: P. Mbong, A. Zammit (B)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport