Minn Cristian Muscat
SLIEMA WANDERERS…… 1
HIBERNIANS……………… 1
Fl-ewwel partita mill-Bottom Six tal-Closing Round bejn Sliema u Hibernians intemmet fi draw ġust ta’ 1-1.
L-ewwel azzjoni denja waslet fil-ħames minuta meta xutt mid-distanza tal-captan ta’ Hibernians Bjorn Kristensen intemm barra.
Fis-17-il minuta, il-Pawlisti fetħu l-iskor meta pass ta’ Norenkov ġie interċettat mid-difensuri Slimiżi li ppruvaw jikklerjaw il-ballun li ntemm għand KEVIN HALUBAKU li b’lasta vojta xeħet fix-xibka.
Fl-34 minuta, Hibernians reġgħu kienu perikolużi b’Halabaku jidħol fil-kaxxa u jittanta xortih iżda Al Tumi salva faċilment. Mill-azzjoni li segwit, il-Wanderers resqu viċin li jiksbu d-draw iżda l-goalkeeper Pawlist, Constantine Branescu, dawwar f’corner bi tbatija d-daqqa ta’ ras ta’ Roko Prsa.
Madankollu, fid-39 minuta, is-Slimiżi għamlu l-iskor indaqs meta corner minn fuq ix-xellug wasal għand Henrique Murillo li niżżel l-ballun lejn UROS DURANOVIC li mill-viċin ma ħafirx.
Fil-65 minuta, il-coach Andrei Agius talab l-intervent tal-Football Video Support wara li Miullen Carvalho allegatament deher jitwaqqa’ fil-kaxxa. Ir-referee Matthew De Gabriele m’aċċettax l-ilment ta’ Hibernians u ħalla l-logħob għaddej.
Fis-70 minuta, Sliema Wanderers kellhom azzjoni oħra offensiva meta cross tas-sostitut Thiago Espindola ġie devjat fix-xibka minn difensur Pawlist.
Iżda, ir-referee De Gabriele waqqaf il-logħob … bil- Football Video Support jikkonferma id-deċiżjoni li l-goal ma jingħatax lil Sliema Wanderers minħabba li l- Brażiljan kien f’pożizzjoni ta’ offside.
Fil-ħin miżjud kienu Hibernians li setgħu marru fil-vantaġġ, iżda x-xutt mid- distanza ta’ Kristensen intemm f’idejn Al Tumi.
Fuq in-naħa l-oħra, Branescu salva lil Hibernians mid-daqqa ta’ ras ta’ Henrique Murillo.
Sliema W.: Rashed Al Tumi, Jean Borg, Nikolai Micallef (Thiago Espindola 69), Uros Duranovic, Roko Prsa (Neil Frendo 89), Gustavo Alcino, Edmond Agius, Wescley Matos Da Silva, Henrique Murilo, Mohamed Awad, Jose Fernando Gomes Junior – Coach: Pablo Doffo
Hibernians: Laurentiu Branescu, Ayrton Attard (Matthew Debattista 73), Alfred Silas, Natha Miullen (Sunday Akinbule 88), Bjorn Kristensen, Kevin Halabaku, Cleiton Mendonca (Mailson Lima 61), Denys Norenkov, Pedro Nunes Silva, Charleston Silva Dos Santos – Coach: Andrei Agius
Referee: Matthew De Gabriele
assistenti: Mitchell Scerri, Shaun Calleja
Raba’ Uff.: Daniel Casha
Skorers: Kevin Halabaku 17 (H), U. Duranovic 39 (SW)
Ammoniti: N. Micallef, Fernandinho (S), K. Halabaku, D. Norenkov (H)
Player tal-Logħba: Uros Duranovic (S)

