Minn Cristian Muscat
SLIEMA WANDERERS……. 0
FLORIANA…………………… 1
Floriana saħħew l-ewwel post tal-klassifika tal-Closing Round meta għelbu lir-rivali Sliema Wanderers bl-iskor ta’ 1-0 fl-Old Firm Derby.
B’din ir-rebħa, Floriana fetħu vantaġġ ta’ ħames punti fuq l-eqreb rivali, Hamrun Spartans, filwaqt li l-Wanderers jinsabu fil-periklu li ma jilagħbux fit-Top Six.
Sliema ħolqu l-ewwel periklu fis-17-il minuta meta Fernandinho avvanza iżda x-xutt tiegħu spiċċa barra.
Floriana wieġbu żewġ minuti wara meta Charles M’Mombwa ra t-tentattiv tiegħu salvat mill-goalkeeper, Rashed Al Tumi.
Fl-34 minuta, Federico Varela xeħet cross insidjuż iżda d-daqqa ta’ ras ta’ Dunstan Vella reġgħet sabet lil Al Tumi attent.
Fit-43 minuta, kien hemm corner dirett ta’ Fernandinho għal Sliema li ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper Guillherme Cioletti.
Sliema ħarġu ferm aggressivi fil-ftuħ tat-tieni taqsima u fid-49 minuta, mill-corner ta’ Roko Prsa, Gustavo Alcino bir-ras ġiegħel lil Cioletti jdawwar f’corner ieħor bi tbatija.
Iżda kienu Floriana li fetħu l-iskor, fis-70 minuta meta kien hemm azzjoni ta’ kontrattakk veloċi bil-ballun jasal għand Federico Varela li b’lob eleganti għeleb għal kollox lil Al Tumi.
Sliema W.: Rashed Al Tumi, Jean Borg, Adam Magri Overend (Wescley Matos Da Silva 78), Uros Duranovic, Roko Prsa (Marcelo Barros Santos 73), Gustavo Alcino, Andre Seruca De Oliveira, Steven Pisani, Mohamed Abdulahi Awad, Thiago Espindola De Paula, Jose Fernando Gomes Junior (Luke Montebello 78) – Coach: Pablo Doffo
Floriana: Guilherme Cioletti Ferreira Da Silva, Myles Beerman, Jake Grech, Kenan Dervisagic (Rui Manuel Linhares Areias 83), Federico Varela Escudero, Dunstan Vella, Alen Kurtalic, Kouya Aristide Mabea (Carlo Zammit Leonardi 72), Charles M’Mombwa, Iago Perreira Mendonca, Paul Mbong (Antonio Abreu Lara 93) – Coach: Daniel Portela
Referee: Ezekiel Barbara
assistenti: Duncan Sultana, Duncan Spencer
Raba’ Uff.: Slobodan Petrovic
Skorers: F. Varela Escudero 70 (F)
Ammoniti: A. Magri Overend, J. Gomes Junior (SW); C. M’Mombwa, A. Kurtalic, D. Vella (F)
Player tal-Logħba: Federico Varela Escudero (Floriana)
ZABBAR ST PATRICK………. 5
MOSTA…………………………. 3
Zabbar St Patrick kisbu tliet punti prezzjużi fit-taqtiegħa biex jevitaw ir-relegazzjoni b’rebħa ta’ 5-3 fuq Mosta.
Fis-sitt minuta kienu l- Mostin li fetħu l-iskor meta Emmanuel Prince Chibuzor ikkonkluda mill-assist ta’ Joao Victor.
Fit-13-il minuta Zabbar kisbu d-draw b’xutt ta’ Bruno Miguel Gomes mid-distanza. Żewġ minuti wara, Mosta reġgħu marru fil-vantaġġ minn daqqa ta’ ras ta’ Nevin Portelli.
Fid-29 minuta, is-Saints kisbu d-draw b’xutt mill-viċin ta’ Brian Ariel Gambarte. Fit-48 minuta, Zabbar marru fil-vantaġġ meta l-Korean, Youngwon Im, mill-viċin ma żbaljax.
Fit-68 minuta, Pedro Cejas kabbar il-vantaġġ għal Zabbar b’xutt minn tarf il-kaxxa bil-ballun jaħbat mal-wieqfa qabel jintemm fix-xibka.
Fit-73 minuta, Mosta naqqsu d-distakk b’xutt qawwi ta’ Fernandes Joaquim biex fit-83 minuta, Ayom Majok issiġilla rebħa għal Zabbar b’xutt fil-baxx.
Zabbar SP: Ignacio Gonzalo Colombo, Bruno Miguel Gomes Figueiredo (Miro Soldo 92), Pedro Santiago Cejas (Luis Felipe Rodrigues Mota 75), Brian Ariel Gambarte, Nicholas James Agius (Youngwon Im 46), Jake Micallef, Ayom Majok Ayom (Massimo Benedetto 86), Strahinja Jovancic, Zean Leonardi, Kean Scicluna, Jurgen Pisani – Coach: Gilbert Agius
Mosta: David Udoh Akpan, Matthew Bolanos Garcia, Nevin Portelli (Gianluca Sciberras 65), Giancarlo Goncalves, Kurt Zammit, Joao Victor Da Silva Dias, Emmanuel Prince Chibuzor, Pedro Augusto Cacho Alves Da Silva, Simon Zibo (65), Jake Vassallo (Sasha Cachia 71), Leonardo Fernandes Joaquim Da Silva – Coach: Joe Grech
Referee: Alex Johnson
assistenti: Kurt Saliba, Slawomir Olucha
Raba’ Uff.: Fyodor Zammit
Skorers: S. Chibuzor 8, N. Portellli 15, L. Fernandes 74 (M); B. Figueiredo 13, B. Gamberte 30, Y. Im 49, P. Cejas 69, A.M. Ayom 84 (ZSP)
Ammoniti: A.M. Ayom, N. Agius, B. Figueiredo (ZSP); D. Akpan (M)
Player tal-Logħba: Brian Ariel Gambarte (Zabbar SP)
GZIRA UNITED…….. 1
HIBERNIANS……….. 0
Kellu jkun goal tal-eks player, Clayton Failla, lejn tmiem il-partita li ta rebħa minima ta’ 1-0 lil Gzira United fuq Hibernians.
Fit-43 minuta, Hibernians ġew imċaħħda milli jiftħu l-iskor meta d-daqqa ta’ ras ta’ Bjorn Kristensen ħabtet mal-wieqfa.
Il-partita baqgħet waħda bilanċjata u dehret riesqa lejn draw sakemm fis-87 minuta, Failla skorja ġmiel ta’ free-kick biex ta t-tliet punti lill-Maroons.
Gzira U.: Edoardo Colombo, Deacon Abela, Andrew Borg, Brooklyn Borg (Andre Penha Da Costa 46), Clayton Failla, Luis Carlos Riascos (Maxuell Maia 64), Isemoli N’Sa Chrisnovic, David Xuereb, Johan Bonilla Calderon (Marc van de Bovenkamp Font 64), Mihajlo Stojanovic, Fabricio Silva Virgens (Stasa Bastic 65) – Coach: Darren Abdilla
Hibernians: Constantin Laurentiu Branescu, Cain Attard (Lucas Caruana 74), Kurt Shaw, Bjorn Kristensen (Dexter Xuereb 79), Ali Diakite, Kevin Halabaku (Sunday Akinbule 79), Duane Bonnici (Alfred Hamanjoda Silas 67), Cleiton De Jesus Mendonca Padilha, Pedro Henrique Nunes Silva, Mailson Lima Duarte Lopes (Ruben Hernandez Arcadia 74), Charleston Silva Dos Santos – Coach: Andrei Agius
Referee: Emanuel Grech
assistenti: Mitchell Scerri, Robert Curtis
Raba’ Uff.: Daniel Portelli
Skorer: C. Failla 87 (GU)
Ammoniti: D. Bonnici, R. Arcadia (H); B. Borg, E. Colombo (GU)
Player tal-Logħba: Andrew Borg (Gzira U.)
SLIEMA WANDERERS………….. 0
FLORIANA……………………………….. 1
Floriana saħħew l-ewwel post tal-klassifika tal-Closing Round meta għelbu lir-rivali Sliema Wanderers bl-iskor ta’ 1-0 f’Old Firm Derby.
B’din ir-rebħa, Floriana fetħu vantaġġ ta’ ħames punti fuq l-eqreb rivali, Hamrun Spartans, filwaqt li l-Wanderers jinsabu fil-periklu li ma jilagħbux fit-Top Six.
Sliema ħolqu l-ewwel periklu fis-17-il minuta meta Fernandinho avvanza iżda x-xutt tiegħu spiċċa barra.
Floriana wieġbu żewġ minuti wara meta Charles M’Mombwa ra t-tentattiv tiegħu salvat mill-goalkeeper, Rashed Al Tumi.
Fl-34 minuta, Federico Varela xeħet cross insidjuż iżda d-daqqa ta’ ras ta’ Dunstan Vella reġgħet sabet llil Al Tumi attent.