Saturday, April 11, 2026

Malta Premier: Floriana jsaħħu l-quċċata tal-klassifika

Aqra wkoll

NAXXAR LIONS …….…..0

FLORIANA …………………1

Floriana saħħew il-quċċata tal-klassifika hekk kif filwaqt li huma għelbu lil Naxxar Lions bl-iskor ta’ 1-0, Hamrun Spartans sfaw megħluba minn Marsaxlokk bl-iskor ta’ 3-2.

Kien fit-18-il minuta li Floriana ngħataw penalty  meta  Fenech waqqa’ lil Mbong fil-kaxxa wara żball tal-is­tess Fenech f’tarf l-kaxxa … li minnu JAKE GRECH ma żbaljax.

Fil-41 minuta, Naxxar kie­nu sfortunati li ma kisbux id-draw meta d-daqqa ta’ ras ta’ Costa ħabtet mal-mimduda … u fl-64 minuta kien Ignacio Varela ta’ Floriana li ġie mċaħħad mil-lasta.

Erba’ minuti wara, Naxxar Lions spiċċaw jilagħbu b’10 players wara li r-referee, Joseph Scerri, ikkonsulta mal-FVS wara foul ikrah ta’ Louis Pahama fuq Mendonca fejn dawwar l-karta safra għal karta ħamra.

Naxxar L.: Jamie Azzopardi, Theo Kruger, Goncalves De Campos, Mark Fenech (Neil Pace Cocks 62), Louis Mvemba, Joao Souza Dos Santos (Emilio Manzano 46), Gabriel Costa Goncalves, Christian Nganmini, Vinicus De Jesus, Joao Moura Cardoso – Coach: Winston Muscat

Floriana: Guilherme Cioletti, Myles Beerman, Jake Grech, Fe­derico Varela Escudero, Dunstan Vella, Owen Spiteri, Jah Mustapha, Carlo Zammit Lonardelli (Aristide Mabea 83), Charles M’Mombwa (Zachary Scerri 83), Iago Mendonca, Paul Mbong – Coach: Daniel Portela

Referee: Joseph Scerri

assistenti: Duncan Sultana, David Castillo

Raba’ Uff.: Slobodan Petrovic

Skorer: J. Grech 18 pen (F)

Ammoniti: C. Nganmini (NL), G. Cioletti (F)

Tkeċċa: L. Pahama 69 (NL)

Player tal-Logħba: Iago Mendonca (F)

BIRKIRKARA …………………..1

ZABBAR ST PATRICK …………0

F’partita li ftit li xejn of­­f­riet emozzjonijiet, Birkirkara kisbu rebħa drammatika ta’ 1-0 kontra Zabbar SP.

Kien fit-28 minuta li Birkirkara kellhom corner mogħti minn Geoffrey Acheompong u daqqa ta’ ras tad-difensur Taljan Alessandro Coppola għaddiet ftit barra.

Fit-tieni taqsima, Zabbar ħarġu ferm aggressivi u fid-49 minuta kien Jurgen Pisani li kien ferm sfortunat li laqat il-lasta wara xutt insidjuż mid-distanza.

Fis-66 minuta, kien is-sostitut Mben li laqat il-wieqfa għal Birkirkara b’Zabbar je­ħilsuha ħafif.

Mument drammatiku seħħ fis-77 minuta meta r-re­feree Philip Farrugia ordna penalty għal Birkirkara wara li Morello ġie ġġudikat li twaqqa’ fil-kaxxa.

Iżda wara konsultazzjoni mal-FVS annulla d-deċiżjoni tiegħu.

U bil-partita riesqa lejn draw ta’ bla goals, fil-95 minuta Birkirkara skorjaw il-goal tar-rebħa minn daqqa ta’ ras ta’ RONIVAN BISPO.

Birkirkara: Miguel Martinez, Francisco Lopez, Ignacio Morello, Kemar Reid (Jacques Bayo 59), Lucas Macula (Ronivan Bispo Dos Santos 86), Jan Busuttil, Leandro Lautaro Lacunza, Neil Micallef, Alessandro Coppola, Geoffrey Acheampong (Franklin Sasere 86), Aleandro Garzia – Coach: Paul Zammit

Zabbar SP: Ignacio Colombo, Santiago Cejas (Liuis Felippe Mota 81), Brian Gambarte, Nicholas James Agius (Ayom Majok 80), Strahinja Jovancic, Zean Leonardi, Vinicius Da Paiva (Im Youngwon 81), Ryan Scicluna, Kean Scicluna, Jurgen Pisani, Mario Fontanella (Jake Micallef 68)  – Coach: Gilbert Agius

Referee: Philip Farrugia

assistenti: Jurgen Spiteri, Mark Ciantar

Raba’ Uff.: Wayne Sammut

Skorer: R. Bispo Dos Santos 95 (B)

Ammoniti: K. Reid, L. Lacunza, G.E. Achempong (B), B.A. Gambarte (Z)

Player tal-Logħba: Alessandro Coppola (B)

TARXIEN RAINBOWS ……2

MOSTA ………………….…..2

Tarxien Rainbows u Mosta temmew fi draw ta’ 2-2 f’partita mill-Bottom Six.

Fl-34 minuta Mosta marru fil-vantaġġ wara li EMMANUEL PRINCE approfitta minn żelqa ta’ Gaafar u minn pożizzjoni ċentrali tefa’ fix-xibka. Ħames minuti wara, huma rdoppjaw minn daqqa ta’ ras ta’ GIANCARLO GONCALVES.

Iżda fil-45 minuta, ir- Rainbows naqqsu d-distakk minn daqqa ta’ ras ta’ NHAYSONN. U fid-49 minuta, kisbu d-draw permezz ta’ MARKO MUSULIN.

Fit-68 minuta, grazzi għall-intervent tal-FVS, Tar­xien kellhom lil De Oliveira Junior imkeċċi.

Fis-86 minuta, Tarxien ħasbu li skorjaw it-tielet goal minn Schmidt iżda rriżulta li kien f’pożizzjoni ta’ offside.

Fil-ħin miżjud ta’ tmiem il-partita, it-tentattiv ta’ Valverde tar-Rainbows ħabat man-naħa ta’ barra tax-xibka.

Tarxien R.: Miguel Juan Spiteri, Abdelrahman Gaafar Ali Alhagi, Anthony Abidemi Lokosa (Manyluak Aguek 82), Claudio Henrique Da Silva Barbosa (Angel Jesus Valverde Ledezma 88), Erico Francisco de Oliveira Junior, Luke Anthony Borg (Marcus Grima 77), Nhaysonn Huanne Da Silva Rosa, Kwasi Donsu, Marko Musulin (Patrick Schmidt 82), Petar Panic, Andreas Vella (Sheldon Mizzi 88)   – Coach: Jacques Scerri

Mosta: David Udoh Akpan, Nevin Portelli (Zachary Brincat 79), Giancarlo Goncalves (79’ Eikwu-ojo Stephen Ojonugwa 79), Kurt Zammit, Joao Victor da Silva Dias, Nathan Agius (Sasha Cachia 54), Emmanuel Prince Chibuzor, Filipe Willian Salomao, Pedro Augusto Cacho Alves da Silva, Simon Zibo (Charles Yemi Oderinde 54), Jake Vassallo   – Coach: xxxx

Referee: Alex Johnson

assistenti: Kurt Saliba, Robert Curtis

Raba’ Uff.: Reuben Spiteri De­li­cata

Skorers: E. P. Chibuzor 33, G. Goncalves 39 (M), Nhaysonn 47, M. Musulin 49 (T)

Ammoniti: P. Panic, M. Grima, E. De Oliveira (2) (TR), S. Zibo, D. Udoh Akpan (M)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport