Minn Cristian Muscat
HIBERNIANS…………………. 0
HAMRUN SPARTANS……….. 1
Hamrun Spartans għelbu lil Hibernians bl-iskor ta’ 1-0 biex telgħu fit-tieni post tal-klassifika meta qabżu lil Marsaxlokk, li fil-partita l-oħra spiċċaw fi draw ta’ mingħajr goals kontra Floriana.
Din ir-rebħa tista’ titqies bħala tpattija sportiva hekk kif ġimagħtejn ilu, Hibernians kienu għelbu lill-Ispartans fil-finali tal-BOV Super Cup bl-iskor ta’ 2-1.
Fl-10 minuta, l-Ispartans ħolqu l-ewwel attakk denju meta l-goalkeeper, Constantine Brnescu, ipprova jixħet il-ballun ‘il fuq fejn ħabat ma’ Shaisen Attard li seta’ approfitta iżda d-difiża Pawlista antiċipat fil-ħin.
Fit-33 minuta, kien l-istess Attard li kellu t-tentattiv devjat f’corner … li minnu Jonny Torres sab lil Branescu attent permezz ta’ daqqa ta’ ras.
Fil-45 minuta, il-Ħamruniżi resqu viċin iżda x-xutt ta’ Ryan Camenzuli għadda ftit barra.
Appena għaddiet minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima Branescu salva tajjeb fuq Attard. Peró, sitt minuti wara, l-Ispartans skorjaw dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa meta Matthew Guillaumier għadda tajjeb lejn Joseph Mbong li bir-ras illobja minn fuq il-goalkeeper Pawlist bil-ballun jispiċċa fix-xibka.
Tliet minuti wara, l-istess Mbong kellu goal imħassar għal offside.
Fl-74 minuta kien Jonny għal Hamrun li mpenja lil Branescu li salva tajjeb.
Hibernians: Constantin Laurentiu Branescu, Kurt Shaw, Lucas Caruana (Alfred Hamanjoda Silas 63), Ruben Hernandez Arcadia, Ali Diakite, Dexter Xuereb, Kevin Halabaku (Mailson Lima Duarte Lopes 63), Duane Bonnici (Lyon Abela 81), Matthew Ellul, Cleiton De Jesus Mendonca Padilha (Sunday Akinbule 63), Pedro Henrique Nunes Silva (Cain Attard 74) – Coach: Branko Nisevic
Hamrun S.: Henry Bonello, Sven Xerri, Matthew Guillaumier, Shaisen Attard (Michele Carboni 58), Joseph Mbong (Kleri Rick Serber 86), Vincenzo Polito, Ognjen Bjelicic, Danilo Bulevardi (Ederdon Bruno Domingos 58), Jonny Do Nascimento Torres (Blessing Chibuike Eleke 86), Emerson Marcelina, Ryan Camenzuli – Coach: Giacomo Modica
Referee: Daniel Portelli
assistenti: Jurgen Spiteri, David Castillo
Raba’ Uff.: Fyodor Zammit
Skorer: J. Mbong 57 (HS)
Ammoniti: J. Torres, O. Bjelicic (HS); A. Diakite, C. Mendonca Padilha, R. Hernandez Arcadia (H)
Player tal-Logħba: Ryan Camenzuli (Hamrun S.)
FLORIANA…………. 0
MARSAXLOKK…….. 0
Floriana u Marsaxlokk temmew fi draw ta’ 0-0, iżda jekk kien hemm team li kellu joħroġ rebbieħ kien dak ta’ Floriana li ħoloq l-aktar azzjonijiet. Iżda b’dan ir- riżultat huma xorta baqgħu jokkupaw il-quċċata tal- klassifika.
Qabel il-partita ġiet osservata minuta silenzju b’rispett lejn il-memorja ta’ Julian Attard li miet proprju ftit sigħat qabel dan il-konfront li inċidentalment kien amministratur ta’ Marsaxlokk u iktar qabel ta’ Floriana … biż-żewġ timijiet jilagħbu bil-faxxa sewda.
Kien biss fid-29 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota bi Floriana jkunu huma li joħolqu l-periklu meta Mattia Veselji indirizza cross li sab lil Mustapha Jah li għola tajjeb iżda kellu d-daqqa ta’ ras mill-viċin tintemm ftit barra.
Fid-39 minuta, il-Greens appellaw għal penalty meta Federico Varela deher jitwaqqa’ minn difensur ta’ Marsaxlokk iżda r-referee, Ishmael Barbara, ħalla l-logħob għaddej u ordna biss corner favur il-Furjaniżi.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Floriana ħarġu ferm aggressivi u fil-55 minuta resqu viċin li jiftħu l-iskor meta Dunstan Vella venven xutt b’saħħtu minn tarf il-kaxxa li ġiegħel lill-goalkeeper, Matthew Calleja Cremona jwettaq save kbir.
Fis-67 minuta, Jake Grech, naqas milli jagħmel kuntatt mal-ballun, meta kien f’pożizzjoni ferm ideali, bl-azzjoni tisfuma fix- xejn.
Fis-77 minuta is-sostitut Paul Mbong xeħet cross fid-direzzjoni tas-sostitut Rui Areias li kellu d-daqqa ta’ ras minn taħt il-lasta tintemm inkreddibilment għoli.
Fil-85 minuta, Marsaxlokk kienu għoddhom skorjaw il-goal tar-rebħa meta waħdu quddiem Guilherme Cioletti, Jorge Ailton Soares ra lill-goalkeeper Furjaniż isalva goal ċert.
Floriana: Guilherme Cioletti, Myles Beerman, Mattia Veselji (Carlo Zammit Lonardelli 76), Jake Grech, Federico Varela, Dunstan Vella (Paul Mbong 66), Alan Kurtalic, Owen Spiteri, Mustapha Jah (Kenan Dervisagic 46), Charles M’Mombwa (Rui Areias 76), Iago Perreira Mendonca – Coach: Daniel Portela
Marsaxlokk: Matthew Calleja Cremona, Oualid El Hasni, Nikolai Muscat, Rasmus Linden (Isaac Christie-Davies 80), Juan Carlos Corbalan, Jose Ulises Arias (Triston Caruana 80), Joreg Ailton Soares, James Vella (Domantas Simkus 66), Joseph Minala, Leandro Aguirre, Redon Mihana – Coach: Vincenzo Potenza
Referee: Ishmael Barbara
assistenti: Luke Portelli, James Muscat
Raba’ Uff.: Slobodan Petovic
Skorers: Ħadd
Ammoniti: T. Caruana (M), I. Perreira Mendonca (F)
Player tal-Logħba: Owen Portelli (Floriana)
MOSTA…………………. 0
TARXIEN RAINBOWS……. 1
Fil-partita li ntlagħbet tard l-Erbgħa filgħaxija, Tarxien Rainbows għelbu lil Mosta bl-iskor minimu ta’ 1-0, biex kisbu t-tieni rebħa fil-Kampjonat u l-ewwel waħda fil-Closing Round.
Kien konfront dirett bejn żewġ timijiet li kienu qed jaqsmu l-aħħar post tal-klassifika, iżda issa r-Rainbows inqalgħu wkoll miż-żona tar-relegazzjoni.
Kollox ma’ kollox kienet logħba bilanċjata, fejn ta’ nota huwa l-fatt li Mosta fallew penalty lejn tmiem l-ewwel taqsima.
Tarxien fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li ħoqlu, fis-17-il minuta, meta Junior Erico De Oliveira kellu t-tentattiv tiegħu jaħbat mal-captain ta’ Mosta, Jake Vassallo, qabel spiċċa fix-xibka biex irriżulta auto-goal sfortunat.
Fil-31 minuta, Mosta resqu viċin li jagħmlu l-iskor indaqs meta Joaquim Da Silva venven xutt mid-distanza li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper ta’ Mosta, David Udoh Akpan, li dawwar f’corner megħjun mill-mimduda.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u, fl-44 minuta, ingħataw penalty meta Petar Panic waqqa’ lil Prince Emmanuel Chibużor fil-kaxxa u ntwera wkoll il-karta s-safra.
Mill-11-il metru, Leonardo Joaquim Da Silva ra lill-goalkeeper avversarju, Andrea Cassar, iwettaq save brillanti … biex dan kien l-ewwel penalty fallut ta’ dan il-player mill-erbgħa li nkariga minnhom f’dan l-istaġun … u l-ewwel penalty salvat minn Cassar mill-erbgħa li ngħataw kontra tiegħu!
Kien biss fil-65 minuta li waslet l-azzjoni sussegwenti denja ta’ nota li waslet min-naħa ta’ Mosta meta Joao Victor Da Silva Dias indirizza xutt minn tarf il-kaxxa, li iżda, ġie salvat mingħajr wisq tbatija minn Cassar li spikka fost sħabu.
Tarxien wieġbu ħames minuti wara meta s-sostitut Marko Musulin ittanta xortih mid-distanza iżda sab lill-goalkeeper David Udoh Akpan attent.
Prattikament din kienet l-aħħar azzjoni denja hekk ir-Rainbows baqgħu jamministraw sat-tmiem.
Mosta: David Udoh Akpan, Gilson Da Costa, Nevin Portelli, Kurt Zammit, Joao Victor Da Silva Souza, Azen Kozic (Senghor Diamanka 46), Prince Emmnuael Chubuzor (Aiden Agius 46), Petdo Augsuto Cacho Alves, Simon Zibo (Giancarlo Goncalves 46), Jake Vassallo, Joqouim Da Silva Fernandes – Coach: Joseph Grech
Tarxien R.: Andrea Cassar, Miguel D’Alessandro, Ali Alhagi Gaafar, Wescley Da Silva, Anthony Lokosa, Claudio Da Silva Barbosa (Marko Musulin 46), Junior Erico De Oliveira (Kwasi Donsu 69), Petar Panic, Patrick Schmidt (Angel Valverde 73), Andreas Vella, Marcus Grima – Coach: Jacques Scerri
Referee: Alex Johnson
assistenti: Kurt Saliba, Jareth Grima
Raba’ Uff.: Daniel Casha
Skorer: J. Vassallo 17 o.g. (TR)
Ammoniti: A. Kozic, P. A. Cacho Alves (M) P. Panic, A. Cassar, A. A. Gaafar (TR)
Player tal-Logħba: Andrea Cassar (TR)

