Wednesday, September 17, 2025

Malta Premier League: Birkirkara jirkupraw żvantaġġ ta’ żewġ goals b’10 players

Aqra wkoll

Sliema Wanderers …..2

Birkirkara …………..….2

Minn Cristian Muscat

Dik li kienet bħala mit­lufa għal Birkirkara, irriżultat xorta oħra meta wara li kienu żewġ goals minn taħt u bi player inqas għal 65 minuta, l-Istripes rnexxielhom jirkupraw u jtemmu f’paritá ta’ 2-2 kontra Sliema Wanderers biex kisbu t-tielet  draw konsekuttiv minn daqstant logħbiet.

Din il-partita mmarkat id-debutt tal-coach Taljan, Gian­luca Festa, fuq il-bankina ta’ Birkirkara.

Il-Wanderers fetħu l-iskor pro­prju fl-ewwel periklu li ħolqu, fid-19-il minuta, meta minn azzjoni ta’ corner mogħ­ti minn Ro­ko Prsa, il-ballun ħabat ma’ ras MAMADOU BAH, bil-ballun jaqbeż bi ftit il-linja, b’dan ikun l-ewwel goal tiegħu għas-Slimiżi.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fit-22 minuta rebħu penalty meta Shaun Dimech waqqa’ lil Vito Plut fil-kaxxa. Mill-11-il metru HENRIQUE MURILO kellu x-xutt tiegħu salvat parzjalment mill-goalkeeper Spanjol, Miguel Angel Martinez, iżda l-istess player mir-rebound xeħet fix-xibka.

U biex l-affarijiet ikomplu sejrin ħażin għall-Istripes, fil-25 minuta, huma spiċċaw jilagħbu b’10 players meta Kurt Zammit laqat ħażin il-ballun, u waqqa’ lil Vito Plut li deher destinat li jkompli javvanza lejn il-lasti avversarji.

U bis-superjoritá numerika l-Wanderers komplew jiddominaw u, fit-38 minuta, xutt b’saħħtu mid-distanza ta’ Prsa għadda ftit għoli.  

Iżda Birkirkara ma rmewx ix-xugaman anzi wettqu reazzjoni tajba u fit-43 minuta naqsu l-marġni tal-iskor meta l-ballun intemm għand KEMAR REID li mill-viċin u żmarkat għal kollox, permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ ġewwa.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Birkirkara komplew fejn ħallew qabel il-mistrieħ u mas-siegħa logħob, xutt mill-viċin ta’ Stephane Donovan Makoma, ġie salvat bi bravura mill-goalkeeper ta’ Sliema, Rashed Al-Tumi, biex salva goal ċert.

Huma komplew jieħdu l-inizjattiva u fl-84 minuta rebħu penalty meta Al-Tumi ħareġ barra minn postu u waqqa’ lil Ignacio Manuel Morello fil-kaxxa. Mill-11-il metu inkariga ruħu l-Arġentin LEANDRO LAUTARO LACUNZA li spara l-ballun fis-saqaf tax-xibka, b’dan ikun il-ħames goal tiegħu bil-flokk ta’ Birkirkara.

L-iskor baqa’ ma nbidilx biż-żewġ timijiet jieħdu punt kull wieħed.

SLIEMA W.: 22-Rashed Al-Tumi, 2-Jean Borg, 5-Neil Frendo, 7-Adam Magri Overend (15-Gustavo Alcino 81), 9-Vito Plut (14-Kyrian Nwoko 81), 11-Myles Beerman (70-Steve Pisani 66), 12-Roko Prsa, 17-Mamadu Bah (94-Jose Fernando Gomes Junior 66), 31-Henrique Murilo, 42-Boubakary Diarra (93-Thiago Espindola 66), 98-Miguel Baggio  Cover  – Coach: Paul Zammit

BIRKIRKARA:  1-Miguel Angel Martinez, 3-Ignacio Manuel Morello, 4-Luis Mario Cordova Mina, 9-Kemar Reid, 10-Shaun Dimech (2-Francisco Garrone 46), 11-Kurt Zammit, 24-Leandro Lautaro Lacunza, 27-Franklin Sasere (25-Neil Micallef 46), 33-Geoffrey Edwin Achempong (29-Marcos Maydana 81), 59-Stephane Donovan Makoma, 77-Lucas Macula (5-Stefan Marjanovic 89)     –Coach: Gianluca Festa

referee: Daniel Portelli 

ASS. refereeS: Luke Portelli, Robert Curtis

RABA’ UFF: Wayne Sammut

SKORERS:  M. Bah 19, H. Murilo 23 (S), K. Reid, L. L. Lacunza pen. 86 (B)

AMMONITI:  R. Al-Tumi, N. Frendo (SW), G. E. Acheampong (B)

TKEĊĊA:   K. Zammit 25 (B)

PLAYER TAL-LOGĦBA:  Lucas Macula (B)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport