Floriana …….1
Gzira Utd …..1
Minn Cristian Muscat
Kien konfront ferm bilanċjat u akkanit dak bejn Floriana u Gzira United li ntemm fi draw ġust ta’ 1-1, biż-żewġ goals jaslu fi spazju ta’ ħames minuti kmieni fl-ewwel taqsima.
Madankollu, kollox ma’ kollox irriżulta bħala konfront ferm tattiku bl-azzjonijiet denji ta’ nota matul id-90 minuta jkunu ferm remoti u fit-tieni taqsima l-azzjonijiet żvolġew lejn it-tmiem tal-partita.
Floriana kellhom jgħaddu mingħajr is-servizzi tal-imweġġa’ Carlo Zammit Lonardelli u tas-sospiż Zachary Scerri wara li tkeċċa fil-logħba preċedenti kontra Tarxien Rainbows, fejn li kieku kien inkluż, kien qed ikun qed jaffronta proprju lill-ex team tiegħu.
Kienu Gzira li ħarġu fuq l-offensiva u wara seba’ minuti Andre Carlos Penha Da Costa kellu xutt fil-baxx minn pożizzjoni ideali jintemm ftit barra.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u fit-12-il minuta fetħu l-iskor permezz ta’ freekick mill-isbaħ mix-xellug tal-captain MAXUELL MAIA li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper ta’ Floriana, Guilherme Cioletti, isalva.
Iżda l-Maroons bilkemm kellhom ċans jifirħu b’dan il-goal li Floriana ma ġabux l-iskor indaqs meta RUI MANUEL ARIAS wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper żagħżugħ ta’ Gzira, Karl Sargent, u b’intuwizzjoni naturali tefa’ ġewwa.
Fit-tieni taqsima, ftit li xejn rajna azzjonijiet offensivi b’ħafna logħob konfuż, tant, li ż-żewġ goalkeepers rari ġew impenjati hekk kif iż-żewġ difiżi bdew jannullaw lill-attakkanti rispettivi.
Fil-85 minuta, id-difiża ta’ Gzira kklerjat minn cross ta’ Owen Spiteri bil-ballun jasal għand Charles M’Mombwa barra l-kaxxa li pprova jvenven kanunata li iżda ġie mblukkat fil-ħin qabel seta’ jagħmel xi forma ta’ ħsara.
Fil-ħin miżjud kellu jkun il-goalkeeper, Karl Sargent, providenzjali għal Gzira li salva fuq Mustapha.
Fl-94 minuta, Federico Silva Virgens falla ċans tad-deheb li seta’ rebbaħ il-partita lill-Maroons meta ħarab waħdu iżda x-xutt tiegħu ġie salvat minn Cioletti.
FLORIANA: 23-Guilherme Cioletti, 2-Lucas Emmanuel Lopez Dessypris, 8-Jake Grech (20-Emerson Piscopo 84), 10-Federico Varela (19-Jah Mustapha 59), 12-Dunstan Vella, 17-Owen Spiteri, 24-Charles M’Mombwa, 25-Julian Gonzalo Gamarra, 34-Iago Mendonca, 70-Mattia Veselji (22-Jose Francisco Teixeira 46), 94-Rui Manuel Areias (3-Arok Akoi 74) – Coach: Daniel Portela Da Silva
GZIRA U.: 1-Karl Sargent, 5-Deacon Abela (6-Andrew Borg 46), 9-Andre Carlos Penha Da Costa (7-Santiago Martinez Perlaza 55), 10-Maxuell Maia (8-Brooklyn Borg 87), 13-Clayton Failla, 14-Luis Carlos Riascos, 19-Jork Eblin Becerra, 22-Marc Font Van De Bovenkamp (4-Pablo Esteban Brenes 66), 57-Johan Calderon (3-Gabriel Bohrer Mentz 55), 96-Felix Wallace Bonilha, 98-Fabricio Virgens Silva – Coach: xxx
referee: Ishmael Barbara
ASS. refereeS: James Muscat, Duncan Spencer
RABA’ UFF: Daniel Portelli
SKORERS: M. Maia 12 (G), R. M. Areias 17 (F)
AMMONITI: D. Abela, B. Borg (G), L. E. Lopez, D. Vella, G. Gamarra (F)
PLAYER TAL-LOGĦBA: Rui Manuel Areias (Floriana)