Saturday, February 28, 2026

Malta Premier League: Draw ġust bejn Hibernians u Valletta

Aqra wkoll

HIBERNIANS………..1

VALLETTA…………… 1

Hibernians u Valletta tem­mew fi draw ġust ta’ 1-1 liema riżultat ma kkuntenta lil ħadd hekk kif iż-żewġ timijiet jinsabu fit-taqtiegħa għall-kwalifikazzjoni għat-Top Six.

Wara bidu bilanċjat, fit-32 minuta waslet l-ewwel az­zjoni denja meta Bjorn Kristensen kien żmarkat iżda xeħet għoli għal Hibernians.

Fl-40 minuta, wasal l-ewwel periklu min-naħa ta’ Valletta meta Jake Azzopardi qassam lejn Yankam li mill-viċin impenja lil Branescu.

Fil-50 minuta, f’kontrattakk ta’ Valletta, Paiber żmarka lil Yuri De Jesus Messias li x-xutt tiegħu ħabat ma’ sieq il-wieqfa.

Il-Beltin fetħu l-iskor mas-siegħa logħob meta minn azzjoni ta’ corner, id-daqqa ta’ ras ta’ Mbende ħabtet mal-lasta u mir-rebound SAVA RADIC ma ħafirx.

Fil-75 minuta, il-Pawlisti resqu viċin meta xutt ta’ Miul­len ġie mxellef għal corner.

U mill-istess corner NATHA MIULLEN b’rovexxjata mill-isbaħ kiseb id-draw, iżda fiċ-ċelebrazzjoni tiegħu, l-istess player neħħa l-flokk u b’hekk intwera t-tieni karta safra biex il-Pawlisti kel­lhom ikomplu jilagħbu l-partita b’għaxar players … iżda minkejja l-inferjoritá numerika baqgħu jissieltu sas-suffara finali.

Hibernians: Constantin Laurentiu Branescu, Kurt Shaw, Kevin Halabaku, Miullen Natha Felicio Carvalho, Bjorn Kristensen (Lucas Caruana 66), Charleston Silva Dos Santos, Cain Attard (Cleiton De Jesus Mendonca Padilha 66), Ali Diakite (Alfred Hamanjoda Silas 78), Duane Bonnici (Matthew Ellul 90), Mailson Lima Duarte Lopes, Pedro Henrique Nunes Silva – Coach: Andrei Agius

Valletta: Adilson Aguero Dos Santos, Steve Borg (Neil Anthony Micallef 80), Brandon Diego Paiber, Jake Azzopardi, Diogo Joao Regala De Figueiredo Tavares, Yannick Yankam (Andre Zammit 80), Ahmed Adebayo Basher (Valentijn Meijer Stijn 80), Moise Emmanuel Mbende, Yuri De Jesus Messias, Sava Radic, Thaylor Aldama – Coach: Thane Micallef

Referee: Daniel Portelli

assistenti: Duncan Sultana, Mitchell Scerri

Raba’ Uff.: Matthew Degabriele

Skorers: S. Radic 60 (V); M. Natha Felicio Carvalho 75 (H)

Ammoniti: K. Shaw (H); S. Borg, Ahmed Adebayo Basher, M.E. Mbende (V)

Tkeċċa: M. Natha Felicio Carvalho 75 (H)

Player tal-Logħba: Brandon Paiber (Valletta)

TARXIEN RAINBOWS…….. 1

SLIEMA WANDERERS…….. 1

Sliema Wanderers sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta’ 1-1 minn Tarxien Rainbows.

Fit-28 minuta, Sliema resqu viċin li jiftħu l-iskor meta cross fil-baxx mix-xellug sab lil Uros Duranovic li kellu x-xutt tiegħu, jiġi salvat minn fuq il-linja minn Kwasi Donsu biex salva goal ċert.

Fis-56 minuta, Sliema fetħu l-iskor meta mill-pass preċiz ta’ Djuric lejn UROS DURANOVIC, huwa avvanza fil-kaxxa u minn quddiem Cassar, tefa’ ġewwa.

Iżda fis-66 minuta, Tarxien għamlu l-iskor indaqs meta ANTHONY LOKOSA rċieva cross minn fuq il-lemin u mill-viċin xeħet fix-xibka.

Tarxien R.: Andrea Cassar, Abdelrahman Gaafar Ali Alhagi, Anthony Abidemi Lokosa, Claudio Henrique Da Silva Barbosa, Erico Francisco De Oliveira Junior (Manyluak Aguek 59), Nhayson Huanne Da Silva Rosa, Kwasi Donsu (Wesley Hudson Da Silva 89), Petar Panic, Patrick Schmidt (Angel Jesus Valverde Ledezma 59), Andreas Vella, Marcus Grima – Coach: Jacques Scerri

Sliema W.: Rashed Al Tumi, Jean Borg, Adam Magri Overend,

Uros Duranovic, Roko Prsa (Steven Pisani 78), Gustavo Alcino, Andre Seruca De Oliveira, Dejan Djuric (Luke Montebello 71), Mohamed Abdulahi Awad, Thiago Espindola De Paula, Jose Fernando Gomes Junior (Vito Plut 78) – Coach: Pablo Doffo

Referee: Daniel Casha

assistenti: Mark Ciantar, Robert Curtis

Raba’ Uff.: Glen Tonna

Skorers: U. Duranovic 56 (SW); A. Abidemi Lokosa 66 (TR)

Ammoniti: A. Secura De Oliveira, V. Plut (SW); N. Da Silva Rosa, M. Grima (TR)

Player tal-Logħba: Andrea Cassar (Tarxien Rainbows)

MOSTA………………. 1

MARSAXLOKK…….. 2

Marsaxlokk dawru telfa f’rebħa ta’ 2-1 kontra Mosta biex saħħew it-tielet post.

Kienu Mosta li fetħu l-iskor fl-14-il minuta meta CACHO ALVES DA SILVA venven xutt mid-distanza li ħasad għal kollox lill-goalkeeper, Christoffer Mafoumbi.

Iżda fit-32 minuta, Mar­saxlokk kisbu d-draw meta Leandro Aguirre xeħet lejn JORGE AILTON SOARES li venven kanunata mill-bogħod u għeleb għal kollox lil David Udoh Akpan.

Fit-43 minuta, ix-Xlukkajri skorjaw dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa meta JORGE AILTON SOARES ikkonkluda mill-cross ta’ Reyod Mihana 

Mosta: David Udoh Akpan, Nevin Portelli, Giancarlo Goncalves, Joao Victor Da Silva Dias (Matthew Bolanos Garcia 76), Gianluca Sciberras (Bradley Farrugia 77), Azer Kozic (Cheikh Diamanka Senghor 46), William Salomao Filipe, Pedro Augusto Cacho Alves Da Silva, Simon Zibo (Kurt Zammit 86), Jake Vassallo, Leonardo Fernandes Joaquim Da Silva – Coach: Joe Grech

Marsaxlokk: Christoffer Henri Mafoumbi, Oualid El Hasni, Enrico Pepe, Nikolai Muscat, Rasmus Dupont Linden (James Joseph Kirby 90), Jose Ulises Arias (Domantas Simkus 69), Jorge Ailton Soares (Isaac Christie-Davies 90), Triston Caruana (Jake Ghio 40), Joseph Minala, Leandro Damian Aguirre, Redon Mihana – Coach: Vincenzo Potenza

Referee: Ezekiel Barbara

assistenti: Duncan Spencer, Kurt Saliba

Raba’ Uff.: Wayne Sammut

Skorers: P.A. Cacho Alves Da Silva 14 (Ms); J. Ailton Soares 32, 42 (Mx)

Ammoniti: L. Aguirre, N. Muscat (Mx); B. Farrugia (Ms)

Player tal-Logħba: Jorge Ailton Soares (Marsaxlokk)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport